+Artikolu 28 L-objettiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodod għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni u tat-telf
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
---+Artikolu 28 3
---+Artikolu 28 4

Artikolu 28 L-objettiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodod għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni u tat-telf

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni b’konformità mal-Artikolu 29 u l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf b’konformità mal-Artikoli 30 u 31.

Artikolu 28 2

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ kuntratti relatati ma’ servizzi tal-ikklerjar u l-kollateral relatat ma’ dawk is-servizzi pprovduti lis-CCP.

Artikolu 28 3

3.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 29 sabiex jirrikonċiljaw il-valur kontabilistiku tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

(a)

sabiex jiġi kopert it-telf tas-CCP ivvalutat f’konformità mal-Artikolu 25;

(b)

titreġġa’ lura l-abbiltà tas-CCP li tissodisfa l-obbligi tal-pagamenti hekk kif dawn isiru dovuti;

(c)

sabiex jinkiseb l-eżitu msemmi fil-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ CCP tranżitorja;

(d)

sabiex jiġi appoġġat it-trasferiment tan-negozju tas-CCP permezz tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju lil parti terza solventi.

L-għodda għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikolu 30 tista’ tiġi applikata mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tat-telf li jirriżulta minn event ta’ inadempjenza u fir-rigward tat-telf li jirriżulta minn event mhux ta’ inadempjenza. Jekk l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikolu 30 tiġi applikata fir-rigward tat-telf li jirriżulta minn event mhux ta’ inadempjenza, din għandha tiġi applikata biss sa ammont kumulattiv ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti għall-fondi tal-inadempjenza tas-CCP u titqassam bejn il-membri tal-ikklerjar b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-fondi tal-inadempjenza.

Artikolu 28 4

4.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx japplikaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(4) u 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.