+Artikolu 31 Sejħa għal flus għal riżoluzzjoni
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2

Artikolu 31 Sejħa għal flus għal riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti sabiex jagħmlu kontribuzzjoni fi flus lis-CCP sa darbtejn l-ammont ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP. Dan l-obbligu li ssir kontribuzzjoni fi flus kontanti għandu jiġi inkluż ukoll fir-regoli tas-CCP u arranġamenti kuntrattwali oħrajn bħala sejħa għal flus għal riżoluzzjoni riżervata għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni titlob ammont li jeċċedi l-kontribuzzjoni għall-fond tal-inadempjenza, hija għandha tagħmel dan wara li tivvaluta l-impatt ta’ din l-għodda fuq il-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

Meta s-CCP topera diversi fondi tal-inadempjenza u l-għodda tiġi applikata biex jiġi trattat event ta’ inadempjenza, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jirreferi għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza tas-servizz tal-ikklirjar affettwat jew tal-klassi tal-assi affettwata.

Meta s-CCP topera diversi fondi tal-inadempjenza u l-għodda tiġi applikata biex jiġi trattat event mhux ta’ inadempjenza, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jirreferi għas-somma tal-kontribuzzjonijiet tal-membru tal-ikklirjar għall-fondi tal-inadempjenza kollha tas-CCP.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-sejħa għal flus f’riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk ikunux ġew eżawriti l-obbligi kuntrattwali kollha li jeħtieġu li jsiru kontribuzzjonijiet fi flus minn membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina l-ammont ta’ kontribuzzjoni fi flus ta’ kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni tiegħu għall-fond tal-inadempjenza sal-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lis-CCP tirrimborża lill-membri tal-ikklirjar l-ammont eċċessiv possibbli ta’ sejħa għal flus għal riżoluzzjoni fejn il-livell tas-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni applikata bbażata fuq valutazzjoni proviżorja skont l-Artikolu 26(1) jinstab li jaqbeż il-livell meħtieġ ibbażat fuq il-valutazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 31 2

2.   Jekk membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma jħallasx l-ammont meħtieġ, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lis-CCP tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar f’inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni għall-fond tal-inadempjenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sal-ammont meħtieġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.