+Artikolu 37 Il-kontenut tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
---+Artikolu 37 4

Artikolu 37 Il-kontenut tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1

1.   Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 36 għandu jistabbilixxi miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP jew ta’ partijiet min-negozju tagħha fi żmien raġonevoli. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera s-CCP.

Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jieħu kont tal-istati attwali u potenzjali tas-swieq finanzjarji u jkun jirrifletti s-suppożizzjonijiet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti, inkluża kombinazzjoni ta’ eventi sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet ewlenin tas-CCP. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma’ punti ta’ referenza xierqa għas-settur kollu.

Artikolu 37 2

2.   Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi dettaljata tal-fatturi u taċ-ċirkostanzi li wasslu biex is-CCP tfalli jew tkun fi probabbiltà li tfalli;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex titreġġa’ lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP;

(c)

skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 37 3

3.   Il-miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabilità fit-tul ta’ CCP jistgħu jinkludu:

(a)

ir-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar tal-attivitajiet tas-CCP;

(b)

bidliet fis-sistemi operattivi u l-infrastruttura tas-CCP;

(c)

il-bejgħ ta’ assi jew ta’ linji ta’ negozju;

(d)

bidliet fil-ġestjoni tar-riskju tas-CCP.

Artikolu 37 4

4.   L-ESMA għandha, sat-12 ta’ Frar 2023, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.