+Artikolu 38 Il-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju
---+Artikolu 38 1
---+Artikolu 38 2
---+Artikolu 38 3
---+Artikolu 38 4

Artikolu 38 Il-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1

1.   Fi żmien xahar mis-sottomissjoni mis-CCP tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju skont l-Artikolu 36(1), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-miżuri previsti f’dak il-pjan b’mod affidabbli jirrestawrawx il-vijabilità fit-tul tas-CCP.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti jkunu ssodisfati li l-pjan ser jerġa’ jikseb lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapprova l-pjan.

Artikolu 38 2

2.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti ma jkunux issodisfati li l-miżuri previsti fil-pjan ser ireġġgħu lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP dwar it-tħassib tagħhom u teħtieġha terġa’ tissottometti pjan emendat li jindirizza dak it-tħassib fi żmien ġimagħtejn min-notifika.

Artikolu 38 3

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw il-pjan sottomess mill-ġdid u l-awtorità ta riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP fi żmien ġimgħa minn meta jirċievu dak il-pjan dwar jekk it-tħassib kienx indirizzat b’mod xieraq, kif ukoll jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.

Artikolu 38 4

4.   L-ESMA għandha tiżviluppa, sat-12 ta’ Frar 2023, abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.