3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tapplika l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju mingħajr ma taderixxi mar-rekwiżit li tikkummerċjalizza, jew tista’ tikkummerċjalizza l-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta’ sjieda mingħajr ma tikkonforma mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, fejn tiddetermina li l-konformità ma’ dak ir-rekwiżit jew ma’ dawk il-kriterji x’aktarx li timmina wieħed jew aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni, inkluż bil-ħolqien ta’ theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja.