+Artikolu 51 Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta’ servizzi u faċilitajiet
---+Artikolu 51 1
---+Artikolu 51 2
---+Artikolu 51 3
---+Artikolu 51 4
|
Artikolu 51 Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta’ servizzi u faċilitajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1
|
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lil CCP taħt riżoluzzjoni, kwalunkwe entità li tappartjeni għall-istess grupp tas-CCP jew kwalunkwe membru tal-ikklirjar tas-CCP sabiex jipprovdu kwalunkwe servizz jew faċilità li jkunu meħtieġa bil-għan li akkwirent jew CCP tranżitorja jkunu jistgħu joperaw b’mod effettiv in-negozju ttrasferit lilhom.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika irrispettivament minn jekk entità fl-istess grupp, bħas-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklirjar tas-CCP, tkunx daħlet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza jew jekk hija stess tkunx taħt riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 51 2
|
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tinforza l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi Stati Membri oħrajn fejn dawk is-setgħat jiġu eżerċitati fir-rigward tal-entitajiet li jappartjenu lill-istess grupp, bħas-CCP taħt riżoluzzjoni, jew fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar ta’ dik is-CCP.
|
|
Artikolu 51 3
|
3. Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhom jinkludu ebda forma ta’ appoġġ finanzjarju.
|
|
Artikolu 51 4
|
4. Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti:
|
(a)
|
fuq l-istess termini kummerċjali li fuqhom kienu pprovduti lis-CCP immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, meta jkun jeżisti ftehim għall-finijiet li jiġu pprovduti dawk is-servizzi u l-faċilitajiet;
|
|
(b)
|
fuq termini kummerċjali raġonevoli, meta ma jkun hemm ebda ftehim għall-finijiet ta’ forniment ta’ dawk is-servizzi u l-faċilitajiet jew meta l-ftehim ikun skada.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|