2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teħtieġ lis-CCP tiżgura l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni fil-kuntratti tagħha u fi ftehimiet oħrajn mal-membri tal-ikklirjar u d-detenturi ta’ strumenti ta’ sjieda u strumenti ta’ dejn li jkunu jinsabu fi jew ikunu rregolati bil-liġi ta’ pajjiż terz fejn huma jaqblu li jintrabtu bi kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-assi, il-kuntratti, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, inkluża l-applikazzjoni tal-Artikoli 28, 32, 55, 56 u 57.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lis-CCP biex tiżgura l-inklużjoni ta’ tali dispożizzjoni fil-kuntratti tagħha u fi ftehimiet oħra ma’ detenturi ta’ obbligazzjonijiet oħra li jinsabu f’pajjiżi terzi jew huma rregolati mil-liġi tagħhom. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lis-CCP tipprovdilha opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li tikkonferma l-infurzabbiltà u mal-effettività legali ta’ tali dispożizzjonijiet.