+Artikolu 57 Is-setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni
---+Artikolu 57 1
---+Artikolu 57 2
---+Artikolu 57 3
---+Artikolu 57 4

Artikolu 57 Is-setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tissospendi d-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe parti għal kuntratt ma’ CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tat-terminazzjoni b’konformità mal-Artikolu 72 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja u l-provvediment ta’ kollateral.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, “tmiem il-jum tax-xogħol” għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 57 2

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sistemi jew l-operaturi tas-sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, CCPs u banek ċentrali oħrajn.

Artikolu 57 3

3.   Parti f’kuntratt tista’ teżerċita dritt ta’ terminazzjoni skont dak il-kuntratt qabel tmiem il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 meta dik il-persuna tirċievi avviż mingħand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:

(a)

ittrasferiti lil entità oħra; jew

(b)

soġġetti għal tniżżil fil-valur, konverżjoni, jew l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni għall-allokazzjoni tat-telf jew tal-pożizzjonijiet.

Artikolu 57 4

4.   Meta l-avviż imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx ingħata, jistgħu jiġu eżerċitati drittijiet ta’ terminazzjoni fuq l-iskadenza tal-perijodu ta’ sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 54, kif ġej:

(a)

meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista’ terżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont it-termini ta’ dak il-kuntratt biss jekk l-entità benefiċjarja twassal biex dak l-event ta’ infurzar iseħħ jew jitkompla;

(b)

meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu għand is-CCP, kontroparti tista’ teżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont il-kondizzjonijiet għat-terminazzjoni kif definiti fil-kuntratt bejn is-CCP u l-kontroparti rilevanti f’każ biss li l-event ta’ infurzar iseħħ jew ikompli wara l-iskadenza ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.