1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita kontroll fuq is-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex:
|
(a)
|
tiġġestixxi l-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, teżerċita s-setgħat tal-azzjonisti u l-bord tagħha;
|
|
(b)
|
tikkonsulta l-kumitat tar-riskju;
|
|
(c)
|
tiġġestixxi u tiddisponi mill-assi u mill-proprjetà tas-CCP taħt riżoluzzjoni.
|
Il-kontroll previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew indirettament minn maniġer speċjali maħtur mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(1).