1. L-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu li l-membri tal-ikklirjar jgħaddu lill-klijenti tagħhom il-konsegwenzi negattivi tal-għodod ta’ riżoluzzjoni għandhom jinkludu wkoll, fuq bażi ekwivalenti u proporzjonata, id-dritt tal-klijenti għal kwalunkwe rimborż jew kumpens li l-membri tal-ikklirjar jirċievu skont l-Artikolu 27(6) jew kwalunkwe ekwivalenti fi flus ta’ tali rimborż jew kumpens jew kwalunkwe proċediment li jirċievu wara pretensjoni magħmula skont l-Artikolu 62 sa fejn tali proċediment ikun relatat mal- pożizzjonijiet tal-klijenti. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-arranġamenti kuntrattwali minn klijenti u klijenti indiretti li joffru servizzi tal-ikklirjar indirett lill-klijenti tagħhom.