2. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, b’mod trasparenti, sa fejn ikun permess mill-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali, il-kondizzjonijiet li skonthom ikun meħtieġ it-trasferiment tal-kumpens, l-ekwivalenti f’kontanti ta’ kumpens bħal dan jew kwalunkwe rikavat imsemmi fil-paragrafu 1, u l-kondizzjonijiet li skonthom għandu jitqies bħala proporzjonata.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.