+Artikolu 72 Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 72 1
---+Artikolu 72 2
---+Artikolu 72 3
---+Artikolu 72 4
|
Artikolu 72 Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72 1
|
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li biħsiebha tieħu. Dik in-notifika għandha tindika wkoll jekk l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jiddevjawx mill-pjan ta’ riżoluzzjoni.
Hekk kif ikun prattikabbli wara li tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lil dawn kollha li ġejjin:
|
(a)
|
is-CCP taħt riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata u l-BERS;
|
|
(d)
|
il-Kummissjoni, il-BĊE u l-EIOPA; u
|
|
(e)
|
l-operaturi tas-sistemi koperti mid-Direttiva 98/26/KE li fihom tipparteċipa s-CCP taħt riżoluzzjoni.
|
|
|
Artikolu 72 2
|
2. In-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tinkludi kopja ta’ kwalunkwe ordni jew strument li permezz tagħhom tittieħed l-azzjoni rilevanti u għandha tindika d-data minn meta tidħol fis-seħħ l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni.
In-notifika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 72 3
|
3. Kopja tal-ordni jew l-istrument li permezz tiegħu tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jew avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni u, jekk applikabbli, it-termini u l-perijodu ta’ sospensjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 55, 56 u 57 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppubblikati fuq dawn kollha li ġejjin:
|
(a)
|
is-sit web tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
is-sit web tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u s-sit web tal-ESMA;
|
|
(c)
|
is-sit web tas-CCP taħt riżoluzzjoni; u
|
|
(d)
|
meta l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu ammessi għal negozjar f’suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni rregolata dwar is-CCP taħt riżoluzzjoni b’konformità mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).
|
|
|
Artikolu 72 4
|
4. Meta l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn ma jkunux ammessi għan-negozjar f’suq regolat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-ordni msemmija fil-paragrafu 3 jintbagħtu lid-detenturi tal-istrumenti ta’ sjieda u lill-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma magħrufa mir-reġistri jew mill-bażijiet ta’ data tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|