+Artikolu 77 Rikonoxximent u infurzar ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz
---+Artikolu 77 1
---+Artikolu 77 2
---+Artikolu 77 3
---+Artikolu 77 4
|
Artikolu 77 Rikonoxximent u infurzar ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 77 1
|
1. Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi, dment u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti, sakemm ir-rikonoxximent u l-infurzar tal-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi ma jkunux irregolati minn dak il-ftehim.
|
|
Artikolu 77 2
|
2. L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jirrikonoxxu l-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ CCP ta’ pajjiż terz fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
is-CCP ta’ pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanniji sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar;
|
|
(b)
|
is-CCP ta’ pajjiż terz ikollha assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew li jkunu rregolati mil-liġi ta’ dawk l-Istati Membri.
|
L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw l-infurzar tal-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti b’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.
|
|
Artikolu 77 3
|
3. L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandu jkollhom is-setgħa, bħala minimu, li jagħmlu dan li ġej:
|
(a)
|
jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:
|
(i)
|
l-assi ta’ CCP ta’ pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom; u
|
|
(ii)
|
id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta’ CCP ta’ pajjiż terz li jiddaħħlu fil-kotba fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta’ tali drittijiet u obbligazzjonijiet ikunu infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom;
|
|
|
(b)
|
jipperfezzjonaw, inkluż li jitolbu lil persuna oħra tieħu azzjoni sabiex tipperfezzjona, trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda f’kumpannija sussidjarja stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra;
|
|
(c)
|
jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 55, 56 u 57 fir-rigward tad-drittijiet ta’ kwalunkwe parti f’kuntratt ma’ entità msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali setgħat ikunu meħtieġa sabiex jiġu infurzati l-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi; u
|
|
(d)
|
jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li jitterminaw, jillikwidaw jew jaċċelleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u ta’ entitajiet oħrajn fi grupp, meta tali dritt joriġina minn azzjoni ta’ riżoluzzjoni meħuda fir-rigward tas-CCP ta’ pajjiż terz, kemm jekk mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regolatorji fir-rigward tal-arranġamenti ta’ riżoluzzjoni f’dak il-pajjiż, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja u l-provvediment ta’ kollateral.
|
|
|
Artikolu 77 4
|
4. Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedimenti normali ta’ insolvenza applikabbli skont il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|