3. Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiddivulgaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru minn fejn oriġinat l-informazzjoni taqbel ma’ dik id-divulgazzjoni; u
|
|
(b)
|
l-informazzjoni tiġi divulgata biss għall-finijiet permessi mill-awtorità msemmija fil-punt (a).
|