+Artikolu 80 Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali
---+Artikolu 80 1
---+Artikolu 80 2
---+Artikolu 80 3
---+Artikolu 80 4
|
Artikolu 80 Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 80 1
|
1. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti u, fejn applikabbli, awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn għandhom jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta’ rkupru, mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
dawk l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi ikunu soġġetti għar-rekwiżiti u l-istandards tas-segretezza professjonali mill-inqas meqjusa bħala ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 73; u
|
|
(b)
|
l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma’ dawk skont dan ir-Regolament u ma tintużax għal finijiet oħrajn.
|
|
|
Artikolu 80 2
|
2. Fir-rigward ta’ kif il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirrelata mad-data personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta’ din it-tip ta’ data personali lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhom jkunu governati mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 80 3
|
3. Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiddivulgaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru minn fejn oriġinat l-informazzjoni taqbel ma’ dik id-divulgazzjoni; u
|
|
(b)
|
l-informazzjoni tiġi divulgata biss għall-finijiet permessi mill-awtorità msemmija fil-punt (a).
|
|
|
Artikolu 80 4
|
4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skont il-liġi tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|