|
+Artikolu 87 (1) |
Artikolu 87 (1)jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6b Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar fil-każ ta’ riżoluzzjoni 1. Meta CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament jew l-awtorità kompetenti deżinjata f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni, titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament għall-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dak is-subparagrafu huma ssodisfati. L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni. 2. L-ESMA għandha, fi żmien 24 siegħa min-notifika tat-talba mill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u, sa fejn ikun possibbli, wara konsultazzjoni mal-BERS, toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intiża, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 (u l-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament. 3. Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar titqies mill-ESMA li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA tista’ titlob lill-Kummissjoni biex tissospendi l-obbligu ta’ nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC li huma soġġetti għat-talba ta’ sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar. L-ESMA għandha tippreżenta t-talba motivata tagħha lill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni. 4. It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 u l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jiġu ppubblikati. 5. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduta mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, jew tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Meta tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament rigward dawk il-klassijiet ta’ derivati OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tiċħad is-sospensjoni mitluba, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan u tgħaddilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3). 6. Fejn mitlub mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklirjar jista’ jissospendi wkoll l-obbligu ta’ negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar. 7. Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, tal-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u lill-ESMA u għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6. 8. Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar skont il-paragrafu 5 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dik is-sospensjoni. Is-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali. 9. Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5 għal perijodi addizzjonali ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-paragrafu 7. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3). 10. Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’, fi żmien suffiċjenti qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ sospensjoni inizjali msemmi fil-paragrafu 5 jew il-perijodu ta’ estensjoni msemmi fil-paragrafu 9, toħroġ talba lill-Kummissjoni biex testendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati. L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi nnotifikata t-talba lill-Kummissjoni. It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku. L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi n-notifika tat-talba u, jekk tqis meħtieġ, wara li tikkonsulta lill-BERS, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħux japplikaw filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-kriterji stabbiliti f -Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament. L-AETS għandha tibgħat kopja ta’ dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika. L-att ta’ implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar tista’ wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmi fil-paragrafu 6. L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.; (*) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;" 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|