+Artikolu 87 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
---+Artikolu 87 (1)
---+Artikolu 87 (2)
---+Artikolu 87 (3)
---+Artikolu 87 (4)
---+Artikolu 87 (5)
---+Artikolu 87 (6)
---+Artikolu 87 (7)
---+Artikolu 87 (8)
---+Artikolu 87 (9)

Artikolu 87 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 (1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6b

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar fil-każ ta’ riżoluzzjoni

1.   Meta CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament jew l-awtorità kompetenti deżinjata f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni, titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament għall-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun awtorizzata sabiex tikklirja l-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar li għalihom tintalab is-sospensjoni; u

(b)

is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni b’rabta mar-riżoluzzjoni tas-CCP, u dik is-sospensjoni tkun proporzjonata għal dawk l-għanijiet.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dak is-subparagrafu huma ssodisfati.

L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.

2.   L-ESMA għandha, fi żmien 24 siegħa min-notifika tat-talba mill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u, sa fejn ikun possibbli, wara konsultazzjoni mal-BERS, toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intiża, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 (u l-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar titqies mill-ESMA li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA tista’ titlob lill-Kummissjoni biex tissospendi l-obbligu ta’ nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC li huma soġġetti għat-talba ta’ sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

L-ESMA għandha tippreżenta t-talba motivata tagħha lill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.

4.   It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 u l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jiġu ppubblikati.

5.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduta mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, jew tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.

Meta tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament rigward dawk il-klassijiet ta’ derivati OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.

Meta l-Kummissjoni tiċħad is-sospensjoni mitluba, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan u tgħaddilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

6.   Fejn mitlub mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklirjar jista’ jissospendi wkoll l-obbligu ta’ negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

7.   Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, tal-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u lill-ESMA u għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

8.   Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar skont il-paragrafu 5 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dik is-sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.

9.   Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5 għal perijodi addizzjonali ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-paragrafu 7.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

10.   Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’, fi żmien suffiċjenti qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ sospensjoni inizjali msemmi fil-paragrafu 5 jew il-perijodu ta’ estensjoni msemmi fil-paragrafu 9, toħroġ talba lill-Kummissjoni biex testendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati.

L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi nnotifikata t-talba lill-Kummissjoni.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku.

L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi n-notifika tat-talba u, jekk tqis meħtieġ, wara li tikkonsulta lill-BERS, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħux japplikaw filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-kriterji stabbiliti f -Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament. L-AETS għandha tibgħat kopja ta’ dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta’ implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar tista’ wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmi fil-paragrafu 6.

L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.;

(*)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;"

Artikolu 87 (2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Sostituzzjoni ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax fi tranżazzjonijiet miruta

1.   Il-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju li jkollhom fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkunu daħlu fihom jew innovati qabel id-data li fiha l-obbligu li jkun hemm proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11(3) jidħol fis-seħħ meta, wara l-11 ta’ Frar 2021, dawk il-kuntratti jiġu innovati għall-iskop uniku li jiġi sostitwit il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li jkunu qed jirreferu għalihom jew għall-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ riżerva fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju.

2.   It-tranżazzjonijiet li jsiru jew li jiġu innovati qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklirjar skont l-Artikolu 4 li, wara l-11 ta’ Frar 2021, ikunu sussegwentement sostitwiti għall-iskop uniku li jiġi sostitwit il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li jirreferu għalihom jew li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta’ riżerva fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju, m’għandhomx, għal dik ir-raġuni, isiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4.”;

Artikolu 87 (3)

fl-Artikolu 24a(7), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

mill-anqas fuq bażi annwali, tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tas-CCPs għal żviluppi negattivi fis-suq skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, filwaqt li tqis, fejn ikun possibbli, l-effett aggregat tal-arranġamenti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;”;

Artikolu 87 (4)

fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti pariri lill-bord dwar kwalunkwe arranġament li jista’ jħalli impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, bħal bidla sinifikanti fil-mudell tar-riskju tagħha, il-proċeduri ta’ inadempjenza, il-kriterji sabiex jiġu aċċettati l-membri tal-ikklirjar, l-ikklirjar ta’ klassijiet ġodda ta’ strumenti jew l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet. Il-kumitat tar-riskju għandu jgħarraf lill-bord fil-ħin dwar kwalunkwe riskju li jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP. Il-pariri tal-kumitat tar-riskju mhumiex meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ kuljum tas-CCP. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex issir konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskju dwar l-iżviluppi li jħallu impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluż dwar l-iżviluppi li huma rilevanti għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklirjar għas-CCP u l-interdipendenzi ma’ CCPs oħrajn.”;

Artikolu 87 (5)

Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   CCP għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti u lill-kumitat tar-riskju bi kwalunkwe deċiżjoni fejn il-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju u tispjega tali deċiżjoni. Il-kumitat tar-riskju jew kwalunkwe membru tal-kumitat tar-riskju jista’ jgħarraf lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe qasam fejn huwa jqis li l-pariri tal-kumitat tar-riskju ma ġewx segwiti.”;

Artikolu 87 (6)

fl-Artikolu 37(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Is-CCP għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe żvilupp negattiv sinifikanti rigward il-profil tar-riskju ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha ddeterminat fil-kuntest tal-valutazzjoni tas-CCP imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe valutazzjoni oħra b’konklużjoni simili, inkluż kwalunkwe żieda tar-riskju li kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha joħloq lis-CCP, li s-CCP tqis li jkollu l-potenzjal li jiskatta proċedura ta’ inadempjenza.”;

Artikolu 87 (7)

fl-Artikolu 38, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Il-membri tal-ikklirjar tas-CCP għandhom jgħarrfu b’mod ċar lill-klijenti eżistenti u potenzjali tagħhom dwar it-telf potenzjali jew spejjeż oħrajn li jistgħu jġarrbu bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni tal-inadempjenza u l-arranġamenti ta’ allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet skont ir-regoli operattivi tas-CCP, inkluż it-tip ta’ kumpens li jistgħu jirċievu, filwaqt li jitqies l-Artikolu 48(7), il-klijenti għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni dettaljata suffiċjenti biex jiġi żgurat li jifhmu t-telf tal-agħar każ u spejjeż oħra li jistgħu jiffaċċjaw li kieku s-CCP tieħu miżuri ta’ rkupru.”;

Artikolu 87 (8)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 45a

Restrizzjonijiet temporanji fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza

1.   Fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar- Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lis-CCP biex toqgħod lura minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin għal perijodu speċifikat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax jaqbeż ħames snin:

(a)

li tagħmel distribuzzjoni ta’ dividendi jew jingħata impenn irrevokabbli ta’ distribuzzjoni ta’ dividendi, minbarra għal drittijiet għal dividendi speċifikament imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/23, bħala forma ta’ kumpens;

(b)

ix-xiri lura ta’ ishma ordinarji;

(c)

li toħloq obbligu li titħallas remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) ta’ dan ir-Regolament, benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

L-awtorita’ kompetenti m’għandhiex tillimita lis-CCP milli tieħu kwalunkwe azzjoni fl-ewwel subparagrafu, jekk is-CCP tkun obbligata legalment li twettaq dik l-azzjoni u l-obbligu jiġi qabel l-avvenimenti skont l-ewwel subparagrafu.

2.   L-awtorita’ kompetenti tista’ tiddeċiedi li tirrinunzja r-restrizzjonijiet fil-paragrafu 1 fejn tqis li t-tneħħija ta’ dawk ir-restrizzjonijiet ma tnaqqasx il-kwantità jew id-disponibbiltà tar-riżorsi proprji tas-CCP, b’mod partikolari r-riżorsi proprji disponibbli għall-użu bħala miżura ta’ rkupru.

3.   Sat-12 ta’ Frar 2022 l-ESMA għandha tabbozza linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fejn tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li s-CCP tieqaf milli tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

Artikolu 87 (9)

fil-Artikolu 81(3), l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:

“(r)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Regolament (UE) 2021/23.”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.