+Artikolu 89 Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE
---+Artikolu 89 (1)
---+Artikolu 89 (2)

Artikolu 89 Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE

Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 89 (1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-Artikoli 4 sa 7 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-ebda restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju jew ebda restrizzjoni fuq l-effett ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija, dispożizzjoni ta’ close out netting jew ta’ tpaċija imposta skont it-Titolu IV Kapitolu V jew VI tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), jew tat-Titolu V, Kapitolu III, Taqsima 3, jew il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta’ setgħat simili fid-dritt domestiku ta’ Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punt (c)(iv) jew (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV Kapitolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V, Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.

(*)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."

(**)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;"

Artikolu 89 (2)

l-Artikolu 9a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9a

Id-Direttiva 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) 2021/23

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 2021/23.”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.