+Artikolu 95 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Artikolu 95 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Artikolu 95

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Fl-Artikolu 54(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk il-Kummissjoni tivvaluta li ma hemmx bżonn li d-derivati nnegozjati fil-borża jiġu esklużi mill-ambitu tal-Artikoli 35 u 36 skont l-Artikolu 52(12), CCP jew ċentru tan-negozjar jistgħu, qabel il-11 ta’ Frar 2021, japplikaw mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex jagħmlu użu minn arranġamenti tranżitorji. L-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis ir-riskji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 fir-rigward tad-derivati negozjati fil-borża għall-funzjonament b’mod ordnat tas-CCP jew taċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, tista’ tiddeċiedi li l-Artikolu 35 jew 36 ma japplikax għas-CCP jew għaċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, rispettivament, fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-borża, għal perijodu tranżitorju sat-3 ta’ Lulju 2021. Fejn jiġi approvat perijodu tranżitorju bħal dan, is-CCP jew iċ-ċentru tan-negozjar ma għandhomx jibbenefikaw mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36, fir-rigward ta’ derivati nnegozjati fil-borża matul id-durata ta’ dak il-perijodu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u fil-każ ta’ CCP, lill-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għal dik is-CCP, meta jiġi approvat perijodu tranżitorju.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.