5. L-eżistenza ta’ ċertifikat tal-azzjonijiet, ta’ għażliet ta’ xiri ta’ azzjonijiet, ta’ strumenti ta’ dejn li huma konvertibbli f’azzjonijiet ordinarji jew ta’ strumenti simili oħrajn li bħalissa jistgħu jiġu eżerċitati jew huma konvertibbli u li għandhom il-potenzjal, jekk jiġu eżerċitati jew ikkonvertiti, li jagħtu lill-istituzzjoni s-setgħa tal-vot jew li jnaqqsu s-setgħa tal-vot ta’ parti oħra fuq il-politiki finanzjarji u operattivi tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, għandha tiġi kkunsidrata wkoll fil-valutazzjoni tal-influwenza sinifikanti.