+Artikolu 5 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħrajn f’dawk l-istituzzjonijiet
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħrajn f’dawk l-istituzzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Meta istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f’dawk l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet jew tal-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji ppreżentati minn dawk l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji lill-istituzzjoni li teżerċita l-influwenza sinifikanti, filwaqt li jqisu l-firxa u l-effettività ta’ kwalunkwe mitigant tar-riskju u l-impatt fuq ir-rekwiżiti prudenzjali ta’ dik l-istituzzjoni fuq bażi konsolidata li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni sħiħa.

Artikolu 5 2

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba, l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi msemmija fil-punti minn (a) sa (i) tal-Artikolu 4(3).

Artikolu 5 3

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod partikolari, jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet jew tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 meta, bħala konsegwenza tar-relazzjonijiet organizzazzjonali u finanzjarji bejn l-istituzzjoni li teżerċita l-influwenza sinifikanti u l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati, l-istituzzjoni tkun esposta għall-maġġoranza tar-riskji jew tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-attivitajiet rilevanti ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 5 4

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-elementi li għandhom jitqiesu bħala indikazzjonijiet ta’ influwenza sinifikanti għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-istituzzjoni tkun ħatret jew ikollha d-dritt li taħtar membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata;

(b)

l-istituzzjoni tkun involuta b’mod effettiv fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, inkluż fid-deċiżjonijiet dwar id-dividendi u distribuzzjonijiet oħrajn;

(c)

l-eżistenza ta’ tranżazzjonijiet materjali mal-istituzzjoni jew mal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata;

(d)

l-istituzzjoni tkun skambjat persunal maniġerjali mal-istituzzjoni jew mal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata;

(e)

l-istituzzjoni tipprovdi informazzjoni teknika essenzjali jew servizzi kritiċi lill-istituzzjoni jew lill-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata;

(f)

l-istituzzjoni jkollha drittijiet addizzjonali fl-istituzzjoni jew fl-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, skont kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda tagħhom jew l-artikoli ta’ assoċjazzjoni li jistgħu jaffettwaw il-ġestjoni jew il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ dik l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni finanzjarja.

Artikolu 5 5

5.   L-eżistenza ta’ ċertifikat tal-azzjonijiet, ta’ għażliet ta’ xiri ta’ azzjonijiet, ta’ strumenti ta’ dejn li huma konvertibbli f’azzjonijiet ordinarji jew ta’ strumenti simili oħrajn li bħalissa jistgħu jiġu eżerċitati jew huma konvertibbli u li għandhom il-potenzjal, jekk jiġu eżerċitati jew ikkonvertiti, li jagħtu lill-istituzzjoni s-setgħa tal-vot jew li jnaqqsu s-setgħa tal-vot ta’ parti oħra fuq il-politiki finanzjarji u operattivi tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, għandha tiġi kkunsidrata wkoll fil-valutazzjoni tal-influwenza sinifikanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0676
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.