2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, li jkunu jappartjenu għall-persuna jew għall-persuni jew għall-entità jew għall-entitajiet li jiġġestixxu l-impriżi fuq bażi magħquda skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew li jeżerċitaw ġestjoni unika fuq l-impriżi skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu li huma disponibbli biex ikopru t-telf tal-impriżi kollha inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni.