+Artikolu 8 Kundizzjonijiet għall-inklużjoni fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, u tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali, ta’ strumenti li jkunu jappartjenu għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
|
Artikolu 8 Kundizzjonijiet għall-inklużjoni fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, u tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali, ta’ strumenti li jkunu jappartjenu għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. F’każijiet fejn jintuża l-metodu ta’ konsolidazzjoni previst fl-Artikolu 22(8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjoni tista’ tinkludi l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati tal-impriżi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni li jkunu jappartjenu għal persuni għajr dawk l-impriżi fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, u tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali, dment li dawk l-entrati kapitali jkunu disponibbli biex ikopru t-telf tal-impriżi kollha inklużi fil-konsolidazzjoni.
Meta l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunux disponibbli biex ikopru t-telf tal-impriżi kollha inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiddetermina l-ammont tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tal-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati li għandhom jiġu inklużi fil-kapital konsolidat tal-Grad 1, u tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali, f’konformità mal-Artikoli minn 81 sa 88 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, li jkunu jappartjenu għall-persuna jew għall-persuni jew għall-entità jew għall-entitajiet li jiġġestixxu l-impriżi fuq bażi magħquda skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew li jeżerċitaw ġestjoni unika fuq l-impriżi skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu li huma disponibbli biex ikopru t-telf tal-impriżi kollha inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. F’każijiet fejn tkun meħtieġa konsolidazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 18(5), il-punt (a) tal-Artikolu 18(6) jew l-Artikolu 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tiddetermina l-ammont ta’ entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tal-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali u tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati tal-impriżi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni li jkunu jappartjenu għal persuni għajr dawk l-impriżi, li għandu jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, u tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali, f’konformità mal-Artikoli minn 81 sa 88 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal dan il-għan, l-impriżi li għalihom tkun meħtieġa konsolidazzjoni sħiħa għandhom jitqiesu bħala sussidjarji.
|
|
Artikolu 8 4
|
4. F’każijiet fejn tkun meħtieġa konsolidazzjoni proporzjonali skont l-Artikolu 18(4), (5) jew (8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ strumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali maħruġa mill-impriżi inklużi b’mod proporzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni li jkunu jappartjenu għal persuni għajr dawk l-impriżi kif ukoll tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, li għandu jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali f’konformità mal-Artikoli 82, 83, u minn 85 sa 88 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, għandu japplika dan li ġej:
|
(a)
|
l-impriżi li għalihom tkun meħtieġa konsolidazzjoni proporzjonali għandhom jitqiesu bħala sussidjarji;
|
|
(b)
|
ir-referenzi għall-inklużjoni sħiħa fil-konsolidazzjoni skont l-Ewwel Parti tat-Titolu II tal-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-inklużjoni proporzjonali fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18(4), (5) jew (8) ta’ dan ir-Regolament; u
|
|
(c)
|
l-ammonti msemmija fl-Artikoli 82, 83 u minn 85 sa88 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu ddeterminati filwaqt li titqies l-azzjoni tal-kapital miżmuma mill-istituzzjoni f’dawk l-impriżi.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0676
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|