1. Meta jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi, 325bn, 325bo, u 325bp tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw:
|
(a)
|
l-aspetti ta’ governanza, f’konformità mal-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
l-aspetti relatati mal-mudell intern tal-kejl tar-riskji użat sabiex jiġu kkalkolati l-kejl tan-nuqqas mistenni u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, f’konformità mal-Kapitolu 3 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
l-aspetti relatati mal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza użat sabiex jiġi kkalkolat ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza, f’konformità mal-Kapitolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipji relatati mal-proporzjonalità f’konformità mal-Artikolu 2, il-kwalità tad-dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3, u l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4.