3. Awtorità kompetenti li tasal għall-konklużjoni li l-klassijiet ta’ prodotti f’post tan-negozjar partikolari jiġu rreġistrati back-to-back ma’ dak ta’ entità oħra tal-grupp li hija barra mill-ambitu tal-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Unjoni, u li tali reġistrazzjoni back-to-back tfixkel lill-awtorità kompetenti sabiex tivvaluta jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji għandux rekord ipprovat li jkun raġonevolment akkurat fil-kejl tar-riskji li jikkorrispondu għal dawk il-klassijiet ta’ prodotti, tista’ tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
tirrikjedi li l-istituzzjoni tneħħi l-pożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk il-klassijiet ta’ prodotti minn dak il-post tan-negozjar;
|
|
(b)
|
tirrifjuta li tagħti l-permess sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-approċċ ta’ mudell intern għal dak il-post tan-negozjar.
|