+Artikolu 3 Kwalità u awditjar tad-dokumentazzjoni
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 (a)
---+Artikolu 3 (b)
---+Artikolu 3 (c)
---+Artikolu 3 (d)
---+Artikolu 3 (e)
|
Artikolu 3 Kwalità u awditjar tad-dokumentazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li d-dokumentazzjoni sottomessa minn istituzzjoni b’appoġġ għall-applikazzjoni tagħha għal permess sabiex tuża mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tkun ta’ kwalità suffiċjenti u tkun dettaljata u akkurata biżżejjed sabiex tippermetti l-eżami minn partijiet terzi kwalifikati.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 2
|
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li:
|
|
Artikolu 3 (a)
|
id-dokumentazzjoni kkonċernata tiġi approvata fil-livell maniġerjali xieraq tal-istituzzjoni b’awtorità suffiċjenti delegata mill-korp maniġerjali għall-finijiet tal-mudelli interni;
|
|
Artikolu 3 (b)
|
l-istituzzjoni tkun stabbiliet politiki li jiżguraw standards ta’ kwalità għolja għad-dokumentazzjoni interna, inkluża akkontabilità interna sabiex tiżgura li d-dokumentazzjoni kkonċernata tkun kompluta, konsistenti, akkurata, aġġornata, approvata f’konformità mal-punt (a), u sigura;
|
|
Artikolu 3 (c)
|
id-dokumentazzjoni stabbilita fil-politiki msemmijin fil-punt (b) tipprevedi l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dokument, tal-awtur, tar-reviżuri, tal-aġent awtorizzanti, tas-sid, tad-dati tal-iżvilupp u tal-approvazzjoni, tan-numru tal-verżjoni, u tal-kronoloġija tal-emendi;
|
|
Artikolu 3 (d)
|
l-istituzzjoni tiddokumenta b’mod akkurat u diliġenti l-politiki, il-proċeduri u l-metodoloġiji li tapplika skont dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 3 (e)
|
id-dokumentazzjoni kkonċernata tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lil partijiet terzi kwalifikati jifhmu l-aspetti kollha tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|