+Artikolu 6 3

Artikolu 6 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jiħux azzjonijiet korrettivi xierqa meta dgħufijiet fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza jiġu identifikati minn kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

(i)

l-unità ta’ kontroll tar-riskji;

(ii)

il-partijiet kwalifikati inkarigati bil-validazzjoni tal-mudell intern (“funzjoni ta’ validazzjoni”);

(iii)

il-funzjoni tal-awditu intern;

(iv)

kwalunkwe funzjoni ta’ kontroll oħra tal-istituzzjoni;

(b)

il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jiġi infurmat dwar ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-awditu intern, mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, mill-funzjoni ta’ validazzjoni, u jagħti segwitu għalihom, fir-rigward tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza;

(c)

il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jkun jista’ jiżgura l-kwalità ġenerali tal-governanza tal-istituzzjoni tal-valwazzjoni ta’ pożizzjonijiet inkluża fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.