+Artikolu 6 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kompożizzjoni u tar-rwol tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
|
Artikolu 6 Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kompożizzjoni u tar-rwol tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-kompożizzjoni u r-rwol tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni, fid-dokumentazzjoni tagħha tas-sistema ta’ maniġġjar tar-riskji, tiddeskrivix:
|
(i)
|
il-kompożizzjoni, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri;
|
|
(ii)
|
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull membru tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri;
|
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk il-maniġment superjuri huwiex magħmul minn membri li jirrappreżentaw l-ogħla livelli ġerarkiċi taħt il-korp maniġerjali, u ddefinixxiex ir-responsabbiltà għall-funzjonament xieraq tal-mudell intern għar-riskju tas-suq;
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk il-kompożizzjoni ta’ kwalunkwe struttura ta’ kumitat intern stabbilita mill-korp maniġerjali insostenn tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu hijiex adegwata, kif meħtieġ mill-paragrafu 2;
|
|
(d)
|
jivverifikaw jekk ir-rwol tal-maniġment superjuri jkunx adegwat, kif meħtieġ mill-paragrafu 3;
|
|
(e)
|
jivverifikaw jekk ir-rwol tal-korp maniġerjali, u tal-kumitati li jikkostitwixxu l-istruttura tal-kumitat intern imsemmija fil-punt (c), humiex adegwati, kif meħtieġ mill-paragrafu 4.
|
Meta korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jiddelega kwalunkwe wieħed mill-kompiti tiegħu lil kumitat intern, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-kuntest ta’ dawk il-kompiti delegati, jagħmlu l-valutazzjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament fil-livell tal-kumitat intern maħtur mill-korp maniġerjali.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a)
|
għal kull kumitat tal-istruttura tal-kumitat intern, il-korp maniġerjali stabbilixxiex b’mod ċar il-mandat, il-ġerarkija, il-linji ta’ rapportar, il-membri permanenti, il-frekwenza tal-laqgħat, u l-livelli ta’ responsabbiltà tiegħu;
|
|
(b)
|
l-istruttura tal-kumitat intern għandha kumitat li jivvaluta kwalunkwe prodott ġdid, jipproponi dawk il-prodotti lill-maniġment superjuri għall-approvazzjoni, u jimmonitorja dawk il-prodotti u jekk l-unità għall-kontroll tar-riskji, u kwalunkwe funzjoni oħra tal-istituzzjoni li tkun affettwata mill-introduzzjoni ta’ prodott ġdid, ikunu rrappreżentati f’kumitat bħal dan;
|
|
(c)
|
il-governanza li tirfed l-istruttura tal-kumitat intern tippermetti l-kontroll effettiv u f’waqtu tal-limiti tal-pożizzjoni interni kollha msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(d)
|
il-governanza li tirfed l-istruttura tal-kumitat intern tiżgura l-involviment attiv tal-korp maniġerjali fil-proċess tal-kontroll tar-riskji kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(e)
|
bħala parti mid-dokumentazzjoni interna, l-istituzzjoni ddokumentat l-aspetti kollha msemmijin fil-punt (a).
|
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a)
|
il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jiħux azzjonijiet korrettivi xierqa meta dgħufijiet fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza jiġu identifikati minn kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
|
(i)
|
l-unità ta’ kontroll tar-riskji;
|
|
(ii)
|
il-partijiet kwalifikati inkarigati bil-validazzjoni tal-mudell intern (“funzjoni ta’ validazzjoni”);
|
|
(iii)
|
il-funzjoni tal-awditu intern;
|
|
(iv)
|
kwalunkwe funzjoni ta’ kontroll oħra tal-istituzzjoni;
|
|
|
(b)
|
il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jiġi infurmat dwar ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-awditu intern, mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, mill-funzjoni ta’ validazzjoni, u jagħti segwitu għalihom, fir-rigward tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
(c)
|
il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jkun jista’ jiżgura l-kwalità ġenerali tal-governanza tal-istituzzjoni tal-valwazzjoni ta’ pożizzjonijiet inkluża fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jew fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza.
|
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-korp maniġerjali:
|
(a)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, japprovax il-politiki u l-proċeduri rilevanti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-mudell intern, inkluża l-istruttura organizzazzjonali xierqa, sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern jiġi implimentat b’integrità;
|
|
(b)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni, japprovax il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju tas-suq applikati fil-mudell intern;
|
|
(c)
|
fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni, japprovax kwalunkwe prodott ġdid;
|
|
(d)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, japprovax u jaġġornax il-limiti tal-pożizzjonijiet interni;
|
|
(e)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji li tistabbilixxi u tivvaluta l-livell aċċettabbli ta’ riskju, japprovax il-livell aċċettabbli ta’ riskju, l-allokazzjoni interna tal-kapital u l-baġit mill-post tan-negozjar;
|
|
(f)
|
jadottax il-proċedura ta’ approvazzjoni għal ksur tal-limiti ta’ pożizzjonijiet interni;
|
|
(g)
|
japprovax jew jirrikjedix azzjonijiet korrettivi fir-rigward ta’ ksur tal-limiti ta’ pożizzjonijiet interni li jkunu ġew eskalati mill-unità ta’ kontroll tar-riskji f’konformità mal-Artikolu 16(1)(b);
|
|
(h)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji:
|
(i)
|
japprova l-programm ta’ ttestjar tal-istress;
|
|
(ii)
|
jiddiskuti r-riżultati tat-testijiet tal-istress;
|
|
(iii)
|
jivvaluta l-azzjoni potenzjali, u meta jkun neċessarju, jieħu azzjonijiet korrettivi.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|