+Artikolu 19 Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward tar-robustezza tas-sistemi tal-IT
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2

Artikolu 19 Valutazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fir-rigward tar-robustezza tas-sistemi tal-IT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   Meta jiġi vvalutat jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji huwiex ikkalkolat u implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi tal-IT tal-istituzzjoni relatati mal-maniġjar tar-riskji tas-suq u s-sistemi tal-IT li jappoġġaw il-mudell intern humiex robusti biżżejjed sabiex ilaħħqu mal-iżbalji ta’ eżekuzzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jivvalutaw ir-robustezza tas-sistemi tal-IT matul l-aħħar 250 jum ta’ xogħol;

(b)

jivverifikaw jekk:

(i)

ikunu fis-seħħ kapaċitajiet xierqa ta’ rimedju f’każ ta’ ħsara fis-sistema;

(ii)

l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkola mill-ġdid kwalunkwe metrika tar-riskju affettwata;

(iii)

il-qabżiet fil-valur tal-ittestjar retrospettiv prodotti minn problemi tekniċi jkunu eċċezzjonali.

Artikolu 19 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk istituzzjoni teżaminax il-pożizzjonijiet u l-istrumenti tal-mudell intern kollha fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji u tirrikonċiljax dawk il-pożizzjonijiet u l-istrumenti mas-sistemi tal-valur fi tmiem il-jum billi tikkonferma, tal-anqas kull ġimgħa, li l-pożizzjonijiet u l-istrumenti f’sistema waħda jikkorrispondu għal dawk fis-sistemi l-oħrajn. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-istituzzjoni tiddokumenta bis-sħiħ u timmonitorja kwalunkwe pożizzjoni u strument li ma jkunux ġew irrikonċiljati bis-sħiħ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.