1. Meta jiġi vvalutat jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji huwiex ikkalkolat u implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi tal-IT tal-istituzzjoni relatati mal-maniġjar tar-riskji tas-suq u s-sistemi tal-IT li jappoġġaw il-mudell intern humiex robusti biżżejjed sabiex ilaħħqu mal-iżbalji ta’ eżekuzzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivvalutaw ir-robustezza tas-sistemi tal-IT matul l-aħħar 250 jum ta’ xogħol;
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
ikunu fis-seħħ kapaċitajiet xierqa ta’ rimedju f’każ ta’ ħsara fis-sistema;
|
|
(ii)
|
l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkola mill-ġdid kwalunkwe metrika tar-riskju affettwata;
|
|
(iii)
|
il-qabżiet fil-valur tal-ittestjar retrospettiv prodotti minn problemi tekniċi jkunu eċċezzjonali.
|
|