15. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tuża s-serje kronoloġika ta’ fattur tar-riskju simili ieħor minflok ma tiġġenera s-serje kronoloġika minn distribuzzjoni konservattiva. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (h)(iv), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli u f’data ta’ referenza partikolari, jivverifikaw jekk:
|
(a)
|
il-fatturi tar-riskju jew il-buckets standardizzati li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jissodisfawx il-kriterji identifikati mill-istituzzjoni sabiex tuża dak il-metodu;
|
|
(b)
|
il-fatturi tar-riskju jew il-buckets standardizzati li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress ma jiġix iddeterminat billi jiġi applikat xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 ma jissodisfawx il-kriterji li l-istituzzjoni identifikat sabiex tuża dak il-metodu.
|