+Artikolu 44 Valutazzjoni tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3
---+Artikolu 44 4
---+Artikolu 44 5
---+Artikolu 44 6
---+Artikolu 44 7
---+Artikolu 44 8
---+Artikolu 44 9
---+Artikolu 44 10
---+Artikolu 44 11
---+Artikolu 44 12
---+Artikolu 44 13
---+Artikolu 44 14
---+Artikolu 44 15
---+Artikolu 44 16

Artikolu 44 Valutazzjoni tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar id-determinazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-politiki interni jikkonformaw mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(b)

il-politiki interni jeħtieġu l-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li, għal kull fattur tar-riskju mhux mudellabbli:

(i)

jiddeskrivi l-fattur tar-riskju;

(ii)

jispeċifika l-perjodu ta’ likwidità assenjat lill-fattur tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

jispeċifika jekk l-istituzzjoni tikkalkolax ix-xenarju estrem ta’ xokk futur bil-metodu dirett jew bil-metodu gradwali msemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, rispettivament, jew tiddeterminax xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(iv)

meta l-istituzzjoni tuża l-metodu gradwali, jispeċifika jekk jintużax il-metodu storiku, sigma asimetriku, jew il-metodu ta’ riżerva sabiex jiġu kkalibrati x-xokkijiet ’l isfel u ’l fuq;

(v)

għall-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tiddetermina xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jiġġustifika dik l-għażla;

(vi)

jispeċifika jekk il-fattur tar-riskju huwiex parti minn bucket u, jekk iva, liema wieħed;

(c)

il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 1, il-punt (a)(i) u l-Artikolu 4, il-punt (a)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, li jistabbilixxu meta l-metodu dirett jew inkella l-metodu gradwali msemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament Delegat jintuża b’referenza għal kwalunkwe fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew bucket standardizzat mhux mudellabbli;

(d)

il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu identifikati l-jiem tan-negozju u dawk mhux tan-negozju b’mod li jkun konsistenti fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju ta’ nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb ta’ dak ir-Regolament;

(e)

il-politiki interni jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu identifikati l-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tiddetermina l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress billi tapplika xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(f)

il-politiki interni jirrikjedu li l-istituzzjoni żżomm rendikont tan-nuqqasijiet kollha fl-ipprezzar kif imsemmijin fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, tal-kawża tal-fallimenti fl-ipprezzar, u tal-azzjonijiet ta’ rimedju meħudin skont dak l-Artikolu;

(g)

il-politiki interni jispeċifikaw il-frekwenza tal-aġġornamenti, f’konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, tal-perjodu ta’ stress użat għad-determinazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur, u l-kriterji l-oħrajn possibbli li jwasslu għal aġġornament ta’ tali perjodu ta’ stress.

Artikolu 44 2

2.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

meta l-istituzzjoni tuża l-metodu dirett imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fir-rigward ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli:

(i)

jivverifikaw jekk il-proċessi tal-istituzzjoni jsegwux il-kriterji msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 kif stabbilit fil-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddokumentax u tiġġustifikax il-bidliet fl-approċċ użat għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, kif meħtieġ mill-Artikolu 1, il-punt (a)(ii), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(iii)

jivverifikaw jekk hemmx xi differenza materjali bejn il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress li tirriżulta, minn naħa waħda, mill-metodu dirett u, min-naħa l-oħra, il-metodu gradwali, għall-perjodu ta’ 20 jum ta’ negozju msemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, u jinvestigaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe differenza materjali;

(b)

meta l-istituzzjoni tuża l-metodu dirett imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fir-rigward ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli:

(i)

jivverifikaw jekk il-proċessi tal-istituzzjoni jsegwux il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 4, il-punt (a)(i), ta’ dak ir-Regolament Delegat, kif stabbilit fil-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddokumentax u tiġġustifikax il-bidliet fl-approċċ użat għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, kif meħtieġ mill-Artikolu 4, il-punt (a)(ii), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(iii)

jivverifikaw jekk hemmx xi differenza materjali bejn il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress li jirriżulta, minn naħa waħda, mill-metodu dirett u, min-naħa l-oħra, il-metodu gradwali, għall-perjodu ta’ 20 jum ta’ negozju msemmi fl-Artikolu 4, il-punt (a)(iii), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, u jinvestigaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe differenza materjali;

(c)

fir-rigward tad-determinazzjoni tas-serje kronoloġiċi ta’ ritorni ta’ 10 ijiem ta’ negozju imsemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:

(i)

jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tinkludix aktar minn osservazzjoni waħda għal kull jum ta’ negozju fis-serje kronoloġika użata sabiex tiġġenera kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, u jivverifikaw jekk is-serje kronoloġika tinkludix data tas-suq attwali biss, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(ii)

jivverifikaw jekk il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (d) sabiex jiġu identifikati l-jiem ta’ negozju u dawk mhux ta’ negozju jintużawx fil-kalkolu tar-ritorni ta’ 10 ijiem ta’ xogħol imsemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u fl-estensjoni tal-perjodu ta’ stress sa 20 jum ta’ xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament, u jivverifikaw jekk il-passi sabiex jinkisbu r-ritorni ta’ 10 ijiem ta’ xogħol, inkluża d-determinazzjoni ta’ D t' kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament Delegat, jitwettqux b’mod korrett;

(iii)

jivverifikaw jekk is-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli li l-istituzzjoni preċedentement ivvalutat bħala mudell f’konformità mal-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tinkludix l-osservazzjonijiet li l-istituzzjoni użat għall-kalibrazzjoni tax-xenarji ta’ xokkijiet futuri msemmijin fl-Artikolu 325bc ta’ dak ir-Regolament, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(d)

fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-metodu ta’ riżerva msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:

(i)

jivverifikaw jekk l-istituzzjonijiet jistgħux jiġġustifikaw id-disponibbiltà skarsa tad-data għall-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew għall-buckets standardizzati mhux mudellabbli li għalihom l-istituzzjoni tuża l-metodu ta’ riżerva;

(ii)

jivverifikaw jekk hemmx identifikazzjoni xierqa tal-fatturi tar-riskju li għalihom għandu jintuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 10(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(iii)

jivverifikaw jekk, meta tapplika l-metodu msemmi fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, l-approċċ użat mill-istituzzjoni sabiex tagħżel fattur tar-riskju li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu jwassalx għad-determinazzjoni ta’ xokkijiet ’il fuq u ’l isfel li huma xierqa għall-fattur tar-riskju li għalih jiġi applikat l-approċċ ta’ riżerva;

(e)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tidentifika fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew buckets standardizzati mhux mudellabbli li għalihom il-valur tal-koeffiċjent tat-tendenzi mhux lineari msemmi fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 huwa ugwali għal κ min jew κ max , kif imsemmi f’dawk l-Artikoli, u jivverifikaw jekk ix-xenarju estrem ta’ xokk futur ikunx xieraq jew jekk, f’konformità mal-Artikolu 325bk(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandhiex tkun meħtieġa tapplika xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(f)

fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perjodu ta’ stress kif meħtieġ mill-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:

(i)

meta l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u billi tuża metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività f’konformità mal-Artikolu 13(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat, jivverifikaw ir-robustezza tal-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni sabiex turi li t-tibdil fil-prezzijiet li ma jkunx kopert mill-metodi tal-ipprezzar ibbażati fuq is-sensittività ma jimmodifikax il-perjodu ta’ stress;

(ii)

meta l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress għall-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli f’kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju billi tidentifika l-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar li jimmassimizza l-kejl tan-nuqqas parzjali mistenni PES RS, i f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw ir-robustezza tal-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni sabiex turi li l-perjodu ta’ stress identifikat ikun perjodu ta’ stress finanzjarju għall-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli tagħha;

(iii)

jivverifikaw jekk il-perjodi rotanti ta’ 12-il xahar ittestjati sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ stress jibdewx tal-anqas mill-1 ta’ Jannar 2007 kif imsemmi fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, u jivverifikaw jekk l-aġġornamenti tal-passat fil-perjodu ta’ stress segwewx il-frekwenza u l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (g);

(g)

fir-rigward tal-komputazzjoni tat-telf b’metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:

(i)

jivvalutaw ir-robustezza tal-proċessi u tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-fallimenti fl-ipprezzar, filwaqt li jidentifikaw l-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet li għalihom seħħ falliment fl-ipprezzar, jidentifikaw il-kawżi tan-falliment fl-ipprezzar, u jiddeterminaw is-sensittivitajiet materjali tiegħu;

(ii)

jivverifikaw jekk, wara l-applikazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli, l-użu ta’ metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività jiġi applikat biss għal strumenti finanzjarji u għal komoditajiet li jġarrbu dak il-fattur tar-riskju u soġġetti għall-fallimenti fl-ipprezzar f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(h)

fir-rigward tad-determinazzjoni tax-xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:

(i)

jivverifikaw l-adegwatezza tal-metodu li l-istituzzjoni tuża sabiex tiddetermina jekk it-telf massimu li jista’ jseħħ minħabba tibdil f’fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew tibdil f’bucket standardizzat mhux mudellabbli huwiex finit jew le;

(ii)

meta t-telf massimu li jikkorrispondi għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew għal bucket mhux mudellabbli jkun finit, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddentifikax tali telf massimu b’mod akkurat;

(iii)

meta t-telf massimu li jista’ jseħħ minħabba tibdil f’fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew tibdil f’bucket standardizzat mhux mudellabbli ma tkunx finita, jivverifikaw jekk is-suppożizzjonijiet distributtivi u statistiċi użati fl-approċċ ibbażat fuq l-esperti msemmi fl-Artikolu 14(2), il-punt (a), u fl-Artikolu 14(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 humiex ibbażati fuq data oġġettiva u fuq testijiet robusti, u li x-xenarju estrem ta’ xokk futur ikun konservattiv biżżejjed;

(iv)

jivverifikaw jekk:

(1)

l-informazzjoni inkluża fl-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), tkunx konsistenti mal-kriterji msemmijin fil-punt (e) ta’ dak il-paragrafu;

(2)

il-kriterji speċifikati fl-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), sabiex jiġu identifikati dawk il-fatturi tar-riskju li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress jinkiseb billi jiġi ddeterminat xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur ikunu tajbin;

(v)

jivverifikaw ir-robustezza tal-metodoloġija u tat-testijiet statistiċi li l-istituzzjoni tuża sabiex tidentifika fatturi tar-riskju li jirriflettu riskju idjosinkratiku biss f’konformità mal-Artikolu 16(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta tkunx taqbel mal-kriterji msemmijin fil-punt (a)(i) u jekk it-tibdil relatat ma jkunx xprunat mill-fatt li metodu wieħed iwassal għal kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx mill-ieħor.

Għall-finijiet tal-punt (b)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta tkunx taqbel mal-kriterji msemmijin fil-punt (b)(i) u ma tkunx xprunata mill-fatt li metodu wieħed iwassal għal kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx mill-ieħor.

Għall-finijiet tal-punt (g)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-istituzzjoni tikkalkola t-telf relatat ma’ strumenti finanzjarji u ma’ komoditajiet oħrajn li jkollhom dak il-fattur tar-riskju iżda mhux soġġetti għal falliment fl-ipprezzar bil-metodi tal-ipprezzar użati fil-mudell tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.

Artikolu 44 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (a)(ii) u (b)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqabblu l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress tal-fatturi tar-riskju jew tal-buckets standardizzati li għalihom ikun seħħ tibdil fl-approċċ u jivvalutaw jekk it-tibdil jikkorrispondix sistematikament ma’ kejl ta’ riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx.

Artikolu 44 4

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c)(i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ serje kronoloġika ta’ osservazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw li meta l-osservazzjonijiet fis-serje kronoloġika jkunu kostanti matul jiem ta’ negozju sussegwenti, id-data attwali tas-suq għall-fattur tar-riskju ma tinbidilx. Meta jiġbru l-kampjun, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw serje kronoloġika kkaratterizzata minn ammont kbir ta’ data mingħajr tibdil matul il-jiem ta’ negozju sussegwenti.

Artikolu 44 5

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju, iqabblu l-osservazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju li l-istituzzjoni tuża sabiex tikkalkola n-nuqqas mistenni għall-fattur tar-riskju meta dan kien mudellabbli mal-osservazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju li l-istituzzjoni tuża sabiex tikkalkola l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress.

Artikolu 44 6

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tuża l-approċċi msemmijin fl-Artikolu 10(2) jew (3), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw jekk dawk il-fatturi tar-riskju jissodisfawx il-kundizzjonijiet sabiex ikunu soġġetti għal dik il-metodoloġija.

Artikolu 44 7

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom jintuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju magħżulin korrispondenti jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu.

Meta jiġi vverifikat jekk iż-żewġ fatturi tar-riskju humiex tal-istess natura f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u jekk dawk il-fatturi tar-riskju ma jvarjawx għal karatteristiċi li jwasslu għal sottovalutazzjoni tal-volatilità f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament Delegat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju għandhomx il-karatteristiċi ewlenin, u jekk il-fattur tar-riskju magħżul jattirax riskju speċifiku relatat mal-isem jekk il-fattur tar-riskju mhux mudellabbli jattirah.

Artikolu 44 8

8.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom tintuża l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tittestja fatturi tar-riskju xierqa alternattivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 minflok il-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni;

(b)

iqabblu x-xenarju estrem ta’ xokk futur miksub bl-użu tal-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni u x-xenarju estrem ta’ xokk futur miksub bl-użu tal-fatturi tar-riskju alternattivi msemmijin fil-punt (a);

(c)

jivvalutaw jekk il-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni jwasslux għal sottovalutazzjoni sistematika tax-xenarju estrem ta’ xokk futur;

Artikolu 44 9

9.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom tintuża l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u li għalihom l-osservazzjonijiet fuq perjodu ta’ sena jkunu aktar minn tnax:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tistma l-volatilità ta’ dawk il-fatturi tar-riskju matul dak il-perjodu ta’ sena;

(b)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tistma l-volatilità matul dak il-perjodu ta’ sena tal-fatturi tar-riskju magħżulin f’konformità mal-Artikolu 10(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 għall-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a);

(c)

jivvalutaw jekk il-volatilità tal-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni li tirriżulta mill-estimu msemmi fil-punt (b) tkunx sistematikament aktar baxxa mill-volatilità tal-fatturi tar-riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni li tirriżulta mill-estimu msemmi fil-punt (a).

Artikolu 44 10

10.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju u ta’ buckets standardizzati:

(a)

jivvalutaw jekk il-koeffiċjent tat-tendenzi mhux lineari jkunx daqs κ min jew κ max minħabba li valuri estremament għoljin jew baxxi jikkaratterizzaw in-numeratur jew id-denominatur tat-terminu li ġej

Formula

kif użat fil-komputazzjoni ta’ κ f’konformità mal-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipplottja t-telf li jirriżulta mit-tibdil fil-fattur tar-riskju fil-viċinat tax-xenarju estrem ta’ xokk futur u jivvalutaw jekk il-profil tal-funzjoni tat-telf ikunx partikolarment konkav jew konvess f’dak il-viċinat.

Meta jwettqu valutazzjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu s-sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli u ta’ buckets standardizzati filwaqt li jqisu l-materjalità tagħhom.

Artikolu 44 11

11.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (f)(i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq u meta t-telf li jikkorrispondi għal tibdil f’fatturi tar-riskju materjali mhux mudellabbli jew f’buckets standardizzati mhux mudellabbli jkun ferm mhux lineari:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fuq sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew fuq kwalunkwe bucket standardizzat mhux mudellabbli li jappartjeni għall-istess kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju, billi tuża l-metodi ta’ pprezzar li l-istituzzjoni tuża fil-mudell tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(b)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fuq is-sett imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, billi tuża l-metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività f’konformità mal-Artikolu 13(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(c)

jivvalutaw jekk il-perjodi ta’ stress iddeterminati f’konformità mal-punti (a) u (b) humiex materjalment differenti.

Is-sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew buckets standardizzati mhux mudellabbli imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jintgħażel b’kunsiderazzjoni tal-materjalità tagħhom u tal-profil mhux lineari tat-telf għall-bidliet fil-valuri tagħhom. Sabiex jidentifikaw il-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew il-buckets standardizzati mhux mudellabbli bi profil ta’ telf mhux lineari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw bħala bażi l-valur tal-koeffiċjent ta’ tendenza mhux lineari κ kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 17 jew mal-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.

Artikolu 44 12

12.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (f)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fuq sett ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew fuq kwalunkwe bucket standardizzat mhux mudellabbli li jappartjeni għall-istess kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju, billi tuża l-metodi ta’ pprezzar użati fil-mudell tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(b)

jivvalutaw jekk il-perjodu ta’ stress iddeterminat f’konformità mal-punt (a) ikunx differenti b’mod sinifikanti mill-perjodu ta’ stress identifikat mill-istituzzjoni meta tapplika l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.

Artikolu 44 13

13.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fallimenti fl-ipprezzar li l-istituzzjoni setgħet iffaċċjat, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni segwietx il-proċessi u l-metodi msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (g)(i), u jivvalutaw fuq dik il-bażi r-robustezza ta’ dawk il-proċessi u l-metodi.

Artikolu 44 14

14.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (h)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġenera serje kronoloġika ta’ ritorni minn distribuzzjoni statistika bi truf folti preskritta mill-awtorità kompetenti u tikkalkola x-xenarju estrem ta’ xokk futur bil-metodu gradwali msemmi fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 flimkien mal-metodu storiku imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(b)

jivverifikaw il-konservattività tal-approċċ ibbażat fuq l-esperti tal-istituzzjoni billi jqabblu x-xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur li jirriżulta minn dak l-approċċ max-xenarju estrem ta’ xokk futur ikkalkolat f’konformità mal-punt (a).

Artikolu 44 15

15.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tuża s-serje kronoloġika ta’ fattur tar-riskju simili ieħor minflok ma tiġġenera s-serje kronoloġika minn distribuzzjoni konservattiva. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (h)(iv), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli u f’data ta’ referenza partikolari, jivverifikaw jekk:

(a)

il-fatturi tar-riskju jew il-buckets standardizzati li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jissodisfawx il-kriterji identifikati mill-istituzzjoni sabiex tuża dak il-metodu;

(b)

il-fatturi tar-riskju jew il-buckets standardizzati li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress ma jiġix iddeterminat billi jiġi applikat xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 ma jissodisfawx il-kriterji li l-istituzzjoni identifikat sabiex tuża dak il-metodu.

Artikolu 44 16

16.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli:

(a)

jivverifikaw jekk in-natura tal-fattur tar-riskju tkunx tali li tirrifletti riskju idjosinkratiku biss billi jirrieżaminaw id-deskrizzjoni tal-fattur tar-riskju pprovdut fil-lista msemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dan ir-Regolament, u l-inputs tad-data użati sabiex jiġi mmarkat, kif meħtieġ mill-Artikolu 16(3), il-punt (a), u mill-Artikolu 16(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;

(b)

iwettqu ttestjar tal-ipoteżi sabiex jivvalutaw is-sinifikat tal-koeffiċjenti ta’ korrelazzjoni bejn il-fatturi tar-riskju fil-kampjun u jqabblu r-riżultati ta’ dak l-ittestjar tal-ipoteżi mar-riżultati li l-istituzzjoni kisbet meta wettqet it-testijiet statistiċi msemmijin fl-Artikolu 16(3), il-punt (d), u fl-Artikolu 16(4), il-punt (d), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.