+Artikolu 4 Il-proċedura tal-identifikazzjoni
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Il-proċedura tal-identifikazzjoni

Il-proċedura tal-identifikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-awtorità rilevanti għandha tikkalkula l-punteġġi tal-entitajiet rilevanti li huma inklużi fil-kampjun notifikat mill-ABE u li huma awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena.
Artikolu 4 2.
Jekk l-awtorità rilevanti, fl-eżerċizzju ta’ ġudizzju superviżorju tajjeb, talloka G-SII mill-ġdid minn subkategorija aktar baxxa għal subkategorija ogħla jew tinnomina entità rilevanti bħala G-SII skont l-Artikolu 131(10)(a) jew (b) tad-Direttiva 2013/36/UE, rispettivament, l-awtorità rilevanti għandha tipprovdi dikjarazzjoni dettaljata bil-miktub lill-ABE dwar ir-raġunijiet tal-valutazzjoni tagħha sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru ta’ kull sena.
Artikolu 4 3.
Jekk l-awtorità rilevanti, fl-eżerċizzju ta’ ġudizzju superviżorju tajjeb, talloka G-SII mill-ġdid minn subkategorija ogħla għal subkategorija aktar baxxa f’konformità mal-Artikolu 131(10)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità rilevanti għandha tipprovdi dikjarazzjoni dettaljata bil-miktub lill-ABE dwar ir-raġunijiet tal-valutazzjoni tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.
Artikolu 4 4.
Ir-riallokazzjoni jew id-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara s-sena kalendarja li fiha d-denominaturi jkunu ġew notifikati lill-awtoritajiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 3(3). Jekk G-SII tiġi allokata għal subkategorija aktar baxxa milli fil-proċess ta’ identifikazzjoni tas-sena preċedenti, ir-rekwiżit ta’ riżerva għall-G-SII aktar baxxa għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena li ssegwi r-riallokazzjoni, sakemm l-awtorità rilevanti ma teżerċitax il-ġudizzju superviżorju tajjeb tagħha biex tittardja l-applikazzjoni ta’ dak ir-rekwiżit sad-data msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 4 5.
L-identifikazzjoni ta’ entità rilevanti bħala G-SII mill-awtorità rilevanti għandha tinkludi l-Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifiers, LEIs) tal-entitajiet ġuridiċi kollha inklużi fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni tal-G-SII. Sa l-1 ta’ Marzu tas-sena li ssegwi s-sena tal-eżerċizzju ta’ identifikazzjoni, l-entità rilevanti identifikata mill-awtorità rilevanti għandha tiżvela l-istruttura tal-grupp tagħha billi tipprovdi, fejn disponibbli, l-LEIs tal-entitajiet konsolidati kollha fil-grupp. L-entità rilevanti għandha tiżgura li l-istruttura tal-grupp tagħha żvelata permezz tal-bażi tad-data globali tal-LEI tiġi aġġornata b’mod permanenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1222
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.