+Artikolu 5 Informazzjoni rigward solvenza
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3

Artikolu 5 Informazzjoni rigward solvenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar jekk istituzzjoni hijiex konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li jikkunsidraw kwalunkwe miżura adottata jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 458 ta' dak ir-Regolament u, fejn rilevanti, waqt li jqisu l-arranġamenti ta' tranżizzjoni stabbiliti fil-Parti Għaxra ta' dak ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali applikati skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

ir-rekwiżiti tar-riserva tal-kapital stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 5 2

2.   Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li jissorveljaw fergħa sinifikanti ta' istituzzjoni li hija soġġetta għal rekwiżiti ta' fondi proprji, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-proporzjon tal-kapital totali tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

l-ammont totali ta' esponiment tar-riskju tal-istituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji applikabbli fl-Istat Membru tad-domiċilju stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li jikkunsidraw kwalunkwe miżura adottata jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 458 ta' dak ir-Regolament u, fejn rilevanti, waqt li jqisu l-arranġamenti ta' tranżizzjoni stabbiliti fil-Parti Għaxra ta' dak ir-Regolament;

(f)

il-livell tal-bafer kapitali ta' konservazzjoni li istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(g)

il-livell ta' kwalunkwe bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għal istituzzjoni, li l-istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 130 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(h)

il-livell ta' kwalunkwe bafer kapitali sistemiku li l-istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(i)

il-livell ta' kwalunkwe bafer G-SII jew O-SII li l-istituzzjoni meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 131(4) u (5) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(j)

il-livell ta' kwalunkwe rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali imposti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u ta' kwalunkwe rekwiżiti oħra imposti relatati mas-solvenza ta' istituzzjoni skont dak l-Artikolu.

Artikolu 5 3

3.   Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġiet rinunzjata skont l-Artikoli 7, 10 jew 15 ta' dak ir-Regolament jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 u 12 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE ġew irrinunzjati skont l-Artikolu 21 ta' dik id-Direttiva 2013/36/UE, jew istituzzjoni tkun irċeviet permess sabiex tapplika t-trattament imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 fil-livell subkonsolidat jew skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, fuq il-livell konsolidat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0524
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.