3. Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġiet rinunzjata skont l-Artikoli 7, 10 jew 15 ta' dak ir-Regolament jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 u 12 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE ġew irrinunzjati skont l-Artikolu 21 ta' dik id-Direttiva 2013/36/UE, jew istituzzjoni tkun irċeviet permess sabiex tapplika t-trattament imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 fil-livell subkonsolidat jew skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, fuq il-livell konsolidat.