+Artikolu 4 3
|
Artikolu 4 3
3. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-paragafu 1 huma dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2;
|
|
(b)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn huma marbutin ma' strument tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali maħruġin minn entità inkluża fi ħdan il-konsolidazzjoni tal-grupp skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-“istrument ta' referenza”);
|
|
(c)
|
fi żmien l-għoti tal-istrument bħala remunerazzjoni varjabbli l-istrument ta' referenza jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti (c) u (f) tal-paragrafu 2;
|
|
(d)
|
il-valur ta' Strument Ieħor huwa marbut mal-istrument ta' referenza b'tali mod li qatt ma jkun ikbar mill-valur tal-istrument ta' referenza;
|
|
(e)
|
il-valur ta' kwalunkwe distribuzzjoni mħallsa wara l-vestiment tal-Istrument l-Ieħor huwa marbut mal-istrument ta' referenza b'tali mod li d-distribuzzjonijiet imħallsin qatt ma jkunu ikbar mill-valur ta' kwalunkwe distribuzzjoni mħallsa taħt l-istrument ta' referenza;
|
|
(f)
|
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-Istrumenti l-Oħrajn jipprovdu li jekk l-istrument ta' referenza jiġi eżerċitat, konvertit, riakkwistat jew jinfeda fi ħdan il-perjodu ta' diferiment jew ritenzjoni, l-Istrumenti l-Oħrajn għandhom jintrabtu ma' strument ta' referenza ekwivalenti li jissodisfa l-kundizzjonijiet f'dan l-Artikolu b'tali mod li l-valur totali tal-Istrumenti l-Oħrajn ma jiżdiedx.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0527
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|