+Artikolu 4 Kundizzjonijiet għall-klassijiet ta' Strumenti Oħrajn
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
|
Artikolu 4 Kundizzjonijiet għall-klassijiet ta' Strumenti Oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Bil-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1), Strumenti Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2;
|
|
(b)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn huma marbutin ma' strument tal-Grad 1 jew strument tal-Grad 2 Addizzjonali u jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3;
|
|
(c)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn huma marbutin ma' strument li jkun strument tal-Grad 1 jew strument tal-Grad 2 Addizzjonali iżda għall-fatt li huwa maħruġ minn impriża prinċipali tal-istituzzjoni li hija barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn għandhom jinħarġu direttament jew minn entità inkluża fi ħdan il-konsolidazzjoni tal-grupp skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li bidla fil-kwalità kredizja tal-emittent tal-istrument tista' tkun raġonevolment mistennija li twassal għal bidla simili fil-kwalità kredizja tal-istituzzjoni billi jintużaw l-Istrumenti l-Oħrajn għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli;
|
|
(b)
|
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-Istrumenti l-Oħrajn ma jagħtux id-dritt lid-detentur li jħaffef il-pagament skedat tad-distribuzzjonijiet jew il-kapital ħlief fil-każ ta' insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
|
|
(c)
|
fi żmien l-għoti tal-Istrumenti l-Oħrajn bħala remunerazzjoni varjabbli, il-perjodu li jifdal qabel il-maturità tal-Istrumenti l-Oħrajn huwa daqs jew jaqbeż is-somma tal-perjodi ta' diferiment u l-perjodi ta' ritenzjoni li japplikaw fir-rigward tal-għoti ta' dawk l-istrumenti;
|
|
(d)
|
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument jistipulaw li, malli jseħħ event skattatur, l-ammont prinċipali tal-istrumenti jitniżżel fil-valur fuq bażi permanenti jew temporanja jew l-istrument jiġi konvertit fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;
|
|
(e)
|
l-event skattatur imsemmi fil-punt (d) iseħħ meta l-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li toħroġ l-istrument imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun jaqa' taħt wieħed mil-livelli li ġejjin:
|
(ii)
|
livell ogħla minn 7 %, meta jkun determinat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;
|
|
|
(f)
|
ikun issodisfat wieħed mir-rekwiżiti fil-punt (c) tal-Artikolu 2.
|
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-paragafu 1 huma dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2;
|
|
(b)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn huma marbutin ma' strument tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali maħruġin minn entità inkluża fi ħdan il-konsolidazzjoni tal-grupp skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-“istrument ta' referenza”);
|
|
(c)
|
fi żmien l-għoti tal-istrument bħala remunerazzjoni varjabbli l-istrument ta' referenza jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti (c) u (f) tal-paragrafu 2;
|
|
(d)
|
il-valur ta' Strument Ieħor huwa marbut mal-istrument ta' referenza b'tali mod li qatt ma jkun ikbar mill-valur tal-istrument ta' referenza;
|
|
(e)
|
il-valur ta' kwalunkwe distribuzzjoni mħallsa wara l-vestiment tal-Istrument l-Ieħor huwa marbut mal-istrument ta' referenza b'tali mod li d-distribuzzjonijiet imħallsin qatt ma jkunu ikbar mill-valur ta' kwalunkwe distribuzzjoni mħallsa taħt l-istrument ta' referenza;
|
|
(f)
|
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-Istrumenti l-Oħrajn jipprovdu li jekk l-istrument ta' referenza jiġi eżerċitat, konvertit, riakkwistat jew jinfeda fi ħdan il-perjodu ta' diferiment jew ritenzjoni, l-Istrumenti l-Oħrajn għandhom jintrabtu ma' strument ta' referenza ekwivalenti li jissodisfa l-kundizzjonijiet f'dan l-Artikolu b'tali mod li l-valur totali tal-Istrumenti l-Oħrajn ma jiżdiedx.
|
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtoritajiet kompetenti ddeterminaw għall-fini tal-Artikolu 127 tad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni li toħroġ l-istrument li miegħu huma marbutin l-istrumenti l-oħrajn hija soġġetta għal superviżjoni konsolidata minn awtorità ta' sorveljanza ta' pajjiż terz li hija ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stipulati f'dik id-Direttiva u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(b)
|
l-Istrumenti l-Oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u l-punti (c) sa (f) tal-paragrafu 3.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0527
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|