1. Għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 3 u l-punt (d) tal-Artikolu 4(2), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw lstrumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn għandhom ikunu konformi mal-proċeduri u t-twaqqit stipulati fil-paragrafi 2 sa 14 għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u l-ammonti li jridu jitniżżlu fil-valur, jittellgħu fil-valur jew jiġu konvertiti. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stipulati fil-paragrafu 9 u l-punt (c) tal-paragrafu 13 fir-rigward tal-ammonti li jridu jitniżżlu fil-valur, jittellgħu fil-valur jew jiġu konvertiti.