+Artikolu 5 Proċeduri ta' tniżżil fil-valur, tlugħ fil-valur u konverżjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8
---+Artikolu 5 9
---+Artikolu 5 10
---+Artikolu 5 11
---+Artikolu 5 12
---+Artikolu 5 13
---+Artikolu 5 14

Artikolu 5 Proċeduri ta' tniżżil fil-valur, tlugħ fil-valur u konverżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 3 u l-punt (d) tal-Artikolu 4(2), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw lstrumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn għandhom ikunu konformi mal-proċeduri u t-twaqqit stipulati fil-paragrafi 2 sa 14 għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u l-ammonti li jridu jitniżżlu fil-valur, jittellgħu fil-valur jew jiġu konvertiti. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stipulati fil-paragrafu 9 u l-punt (c) tal-paragrafu 13 fir-rigward tal-ammonti li jridu jitniżżlu fil-valur, jittellgħu fil-valur jew jiġu konvertiti.

Artikolu 5 2

2.   Meta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw Strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn jeħtieġu li l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni wara li jseħħ event skattatur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rata ta' dik il-konverżjoni u limitu fuq l-ammont permess ta' konverżjoni;

(b)

medda li fiha l-istrumenti ser jikkonvertu fistrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni.

Artikolu 5 3

3.   Meta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jistipulaw li l-ammont prinċipali tagħhom għandu jitniżżel fil-valur meta jseħħ event skattatur, it-tniżżil fil-valur għandu jnaqqas b'mod permanenti jew temporanju dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-pretensjoni tad-detentur tal-istrument fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(b)

l-ammont li jrid jitħallas fil-każ tal-eżerċitar jew it-tifdija tal-istrument;

(c)

id-distribuzzjonijiet li saru fuq l-istrument.

Artikolu 5 4

4.   Kwalunkwe distribuzzjoni pagabbli wara tniżżil fil-valur għandha tkun imsejsa fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital.

Artikolu 5 5

5.   Tniżżil fil-valur jew konverżjoni tal-istrumenti għandhom, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, jiġġeneraw entrati li jikkwalifikaw bħala entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni.

Artikolu 5 6

6.   Meta l-istituzzjoni tkun stabbilixxiet li l-proporzjon tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jkun niżel taħt il-livell li jniedi l-konverżjoni jew it-tniżżil fil-valur tal-istrument, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp relevanti ieħor tal-istituzzjoni għandu jkun meħtieġ jiddetermina bla dewmien li seħħ event skattatur u għandu jkun hemm obbligu irrevokabbli ta' tniżżil fil-valur jew konverżjoni tal-istrument.

Artikolu 5 7

7.   L-ammont aggregat tal-istrumenti li huwa meħtieġ li jitniżżel fil-valur jew jiġi konvertit meta jseħħ event skattatur ma għandux ikun inqas mill-inqas wieħed minn fost dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont meħtieġ biex il-proporzjon tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jitreġġa' lura għall-perċentwal stabbilit bħala avveniment skattatur fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(b)

l-ammont sħiħ ta' kapital tal-istrument.

Artikolu 5 8

8.   Meta jseħħ event skattatur, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu dawn li ġejjin:

(a)

jgħarrfu lill-membri tal-persunal li ngħataw l-istrumenti bħala remunerazzjoni varjabbli u l-persuni li jkun għad għandhom it-tali strumenti;

(b)

jniżżlu l-valur tal-ammont ta' kapital tal-istrumenti, jew jikkonvertu l-istrumenti fi strumenti tal-Graad 1 tal-Ekwità Komuni malajr kemm jista' jkun u fi ħdan perjodu massimu ta' xahar skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 5 9

9.   Meta strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn jinkludu l-istess livell skattatur, l-ammont ta' kapital għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi konvertit fuq bażi prorata għad-detenturi kollha tat-tali strumenti li għandhom jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli.

Artikolu 5 10

10.   L-ammont tal-istrument li jrid jitniżżel fil-valur jew jiġi konvertit għandu jkun soġġett għal reviżjoni indipendenti. Ir-reviżjoni għandha titlesta malajr kemm jista' jkun u ma għandhiex toħloq xkiel għall-istituzzjoni sabiex tniżżel fil-valur jew tikkonverti l-istrument.

Artikolu 5 11

11.   Istituzzjoni li toħroġ strumenti li jikkonvertu għal Grad 1 tal-Ekwità Komuni meta jseħħ event skattatur għandha tkun meħtieġa tiżgura li l-kapital azzjonarju tagħha jibqa' biżżejjed il-ħin kollu biex jikkonverti t-tali strumenti konvertibbli kollha f'ishma jekk iseħħ event skattatur. L-istituzzjoni għandha tkun meħtieġa jkollha l-ħin kollu l-awtorizzazzjoni minn qabel meħtieġa biex toħroġ l-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li fihom jiġu konvertiti t-tali strumenti meta jseħħ event skattatur.

Artikolu 5 12

12.   Istituzzjoni li toħroġ l-istrumenti li jikkonvertu Grad 1 tal-Ekwità Komuni meta jseħħ event skattatur għandha tkun meħtieġa tiżgurra li ma hemm ebda xkiel proċedurali għal dik il-konverżjoni minħabba l-inkorporazzjoni tagħha jew statuti jew arranġamenti kuntrattwali.

Artikolu 5 13

13.   Sabiex it-tniżżil fil-valur ta' strument jitqies temporanju, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tniżżiliet fil-valur għandhom ikunu bbażati fuq profitti wara li l-emittent tal-istrument ikun ħa deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitti finali;

(b)

kwalunkwe tniżżil fil-valur tal-istrument jew pagament ta' kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jiġi operat bid-diskrezzjoni sħiħa tal-istituzzjoni soġġett għar-restrizzjonijiet tal-punti (c), (d), u (e) u l-istituzzjoni m'għandhiex tkun obbligata sabiex topera jew tħaffef tniżżil fil-valur f'ċirkustanzi speċifiċi;

(c)

tniżżil fil-valur għandu jkun operat fuq bażi prorata fost strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u Strumenti Oħrajn użati għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli li kienu soġġetti għal tniżżil fil-valur;

(d)

l-ammont massimu li jrid jiġi attrbiwit għas-somma tat-tniżżil fil-valur tal-Istrumenti tal-Grad 2 u Oħrajn flimkien mal-pagament ta' kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jkun daqs il-profitt tal-istituzzjoni moltiplikat bl-ammont miksub bid-diviżjoni tal-ammont determinat fil-punt (i) bl-ammont determinat fil-punt (ii):

(i)

is-somma tal-ammont nominali tal-istrumenti kollha tal-Grad 2 u strumenti oħrajn tal-istituzzjoni qabel it-tniżżil fil-valur li kienu soġġetti għal tniżżil fil-valur;

(ii)

is-somma tal-fondi proprji u tal-ammont nominali tal-Istrumenti l-Oħrajn użati għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli tal-istituzzjoni;

(e)

is-somma ta' kwalunkwe ammont tat-tniżżil fil-valur u pagamenti ta' kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandha tiġi ttrattata bħala pagament li jirriżulta fi tnaqqis tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u għandha tkun soġġetta, flimkien ma' distribuzzjonijiet oħrajn fuq l-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, għar-restrizzjonijiet relatati mal-Ammont Massimu Distribwibbli kif stipulat fl-Artikolu 141(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 5 14

14.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 13, il-kalkolu għandu jsir fil-waqt li fih jiġi operat it-tniżżil fil-valur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0527
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.