2. Il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni tiddetermina li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba li l-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta’ persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ikunu jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-membru tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal iwettqu biss attivitajiet professjonali u jkollhom awtoritajiet f’unità tan-negozju li ma tkunx unità tan-negozju materjali;
|
|
(b)
|
l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal jew tal-kategorija ta’ persunal ma jkollhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.
|