+Artikolu 6 Kriterji kwantitattivi
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
|
Artikolu 6 Kriterji kwantitattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Minbarra l-membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92(3), il-punti (a) u (b) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-persunal għandhom jitqiesu li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikun issodisfat kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji kwantitattivi li ġejjin:
|
(a)
|
il-membri tal-persunal, inklużi l-membri tal-persunal kif imsemmija fl-Artikolu 92(3), il-punt (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, ikunu ngħataw fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha, rimunerazzjoni totali li tkun tammonta għal EUR 750 000 jew aktar;
|
|
(b)
|
fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni jkollha aktar minn 1 000 membru tal-persunal, il-membri tal-persunal ikunu jaqgħu fiż-0,3 % tal-persunal, aġġustat għan-numru sħiħ ogħla li jmiss, li jkun, fl-ambitu tal-istituzzjoni, ingħata l-ogħla rimunerazzjoni totali fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha fuq bażi individwali.
|
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni tiddetermina li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba li l-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta’ persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ikunu jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-membru tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal iwettqu biss attivitajiet professjonali u jkollhom awtoritajiet f’unità tan-negozju li ma tkunx unità tan-negozju materjali;
|
|
(b)
|
l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal jew tal-kategorija ta’ persunal ma jkollhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.
|
|
|
Artikolu 6 3
|
3. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 minn istituzzjoni għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta’ dik l-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel fil-każijiet biss li fihom l-istituzzjoni tkun tista’ turi li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun issodisfata.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Fil-każijiet li fihom il-membru tal-persunal ikun ingħata rimunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha, l-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel skont il-paragrafu 3 f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni biss. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-EBA qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha fir-rigward ta’ tali membru tal-persunal.
L-eżistenza ta’ ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandha tintwera mill-istituzzjoni u vvalutata mill-awtorità kompetenti. Ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandhom ikunu sitwazzjonijiet mhux tas-soltu u rari ħafna jew differenti ferm minn dawk tas-soltu. Iċ-ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandhom ikunu relatati mal-membru tal-persunal.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0923
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|