+Artikolu 7 Kalkolu tar-rimunerazzjoni totali medja tal-membri tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri u tar-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4

Artikolu 7 Kalkolu tar-rimunerazzjoni totali medja tal-membri tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri u tar-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Ir-rimunerazzjoni totali medja tal-membri kollha tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri għandha tiġi kkalkulata billi jitqies it-total tar-rimunerazzjoni fissa u varjabbli tal-membri kollha tal-korp maniġerjali fil-funzjoni maniġerjali u l-funzjoni superviżorja tiegħu kif ukoll tal-persunal li jappartjeni għall-maniġment superjuri kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (9) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 7 2

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rimunerazzjoni varjabbli li tkun ingħatat iżda tkun għadha ma tħallsitx għandha titqies abbażi tal-valur tagħha fid-data tal-għoti mingħajr ma titqies l-applikazzjoni tar-rata ta’ skont msemmija fl-Artikolu 94(1), il-punt (g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE jew it-tnaqqis fil-pagamenti, permezz ta’ arranġamenti tal-clawback, malus jew mod ieħor.

Artikolu 7 3

3.   L-ammonti kollha tar-rimunerazzjoni varjabbli u fissa għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi gross u fuq bażi ekwivalenti għall-full-time.

Artikolu 7 4

4.   Il-politiki tar-rimunerazzjoni tal-istituzzjoni għandhom jistabbilixxu s-sena ta’ referenza għar-rimunerazzjoni varjabbli meqjusa minnhom meta jikkalkulaw ir-rimunerazzjoni totali. Dik is-sena ta’ referenza għandha tkun jew is-sena li tippreċedi s-sena finanzjarja li fiha tingħata r-rimunerazzjoni varjabbli jew inkella s-sena li tippreċedi s-sena finanzjarja li għaliha tingħata r-rimunerazzjoni varjabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0923
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.