8. Meta jikkalkulaw il-bidla aggregata għal kull xenarju ta’ xokk tar-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu flimkien kwalunkwe bidla negattiva u pożittiva li sseħħ f’kull munita. Muniti għajr il-munita tar-rapportar għandhom jiġu kkonvertiti għall-munita tar-rapportar bir-rata spot FX tal-Bank Ċentrali Ewropew fid-data ta’ referenza. Il-bidliet pożittivi għandhom jiġu ponderati b’fattur ta’ 50 % jew fattur ta’ 80 % fil-każ ta’ Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju — muniti fl-ERM II b’faxxa ta’ fluttwazzjoni miftiehma formalment idjaq mill-faxxa standard ta’ +/- 15 %. Il-qligħ ponderat għandu jiġi rikonoxxut sal-akbar bejn (a) il-valur assolut tal-bidliet negattivi fil-muniti EUR jew ERM II u (b) ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ fattur ta’ 50 % għall-bidliet pożittivi tal-muniti ERM II jew EUR, rispettivament.