+Artikolu 3 Bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
---+Artikolu 3 9
---+Artikolu 3 10
|
Artikolu 3 Bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità s-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 10:
|
|
Artikolu 3 2
|
2. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità:
|
(a)
|
il-pożizzjonijiet kollha dwar il-portafolli mhux tan-negozjar minn strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax;
|
|
(b)
|
negozju żgħir tal-portafoll tan-negozjar skont it-tifsira tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sakemm ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom ma jinqabadx f’miżura oħra tar-riskju;
|
|
(c)
|
opzjonijiet awtomatiċi u ta’ mġiba;
|
|
(d)
|
obbligi ta’ pensjonijiet u assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni sakemm ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom ma jinqabadx f’miżura tar-riskju oħra;
|
|
(e)
|
il-flussi tal-flus minn strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax, li għandhom jinkludu kwalunkwe ripagament tal-kapital, kwalunkwe pprezzar mill-ġdid tal-kapital u kwalunkwe pagament tal-imgħax relatat;
|
|
(f)
|
rati tal-imgħax massimi u minimi speċifiċi għall-istrumenti.
|
Għall-fini tal-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-immudellar tal-imġiba ta’ strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għall-karatteristiki ta’ xenarji differenti tar-rati tal-imgħax filwaqt li jqisu l-limiti ta’ proporzjonalità u ta’ materjalità stabbiliti fl-Artikolu 8(10), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2) u l-Artikolu 23(1) ta’ r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 (6).
|
|
Artikolu 3 3
|
3. L-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni u fondi proprji perpetwi oħra mingħajr ebda data eżerċitabbli għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. L-istituzzjonijiet bi proporzjon ta’ skoperturi li ma jrendux ta’ 2 % jew aktar għandhom jinkludu skoperturi li ma jrendux bħala strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax ġenerali li jenħtieġ li l-immudellar tagħhom jirrifletti l-flussi ta’ flus mistennija u t-twaqqit tagħhom. Skoperturi li ma jrendux għandhom jiġu inklużi netti mill-provvedimenti. Għal dawn il-finijiet, skoperturi li ma jrendux għandhom jiġu ddeterminati minn titoli ta’ dejn, self u avvanzi kklassifikati bħala li ma jrendux f’konformità mal-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li l-proporzjon tal-iskoperturi li ma jrendux għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont ta’ skoperturi li ma jrendux diviż bl-ammont ta’ titoli ta’ dejn, self u avvanzi grossi totali kkalkulat fil-livell tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 3 5
|
5. Il-marġnijiet kummerċjali u komponenti tal-firxa oħrajn fil-pagamenti tal-imgħax f’termini tal-esklużjoni tagħhom mill-flussi ta’ flus jew tal-inklużjoni tagħhom fihom għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-approċċ ta’ ġestjoni u kejl interni tal-istituzzjonijiet għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar. Jekk il-marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal-firxa jiġu esklużi, l-istituzzjonijiet għandhom:
|
(a)
|
jużaw metodoloġija trasparenti għall-identifikazzjoni tar-rata mingħajr riskju fil-bidu ta’ kull strument;
|
|
(b)
|
jużaw metodoloġija li tiġi applikata b’mod konsistenti fost l-unitajiet tan-negozju;
|
|
(c)
|
jiżguraw li l-esklużjoni ta’ marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal-firxa mill-flussi tal-flus tkun konsistenti ma’ kif l-istituzzjoni timmaniġġja u tiħħeġġja r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;
|
|
(d)
|
jinnotifikaw l-esklużjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti.
|
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Il-bidla fil-valur ekonomiku tal-ekwità għandha tiġi kkalkolata bis-suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali b’waqfien naturali, fejn il-pożizzjonijiet eżistenti jimmaturaw u ma jiġux sostitwiti.
|
|
Artikolu 3 7
|
7. Għandha tiġi applikata rata tal-imgħax minima wara x-xokk li tiddependi mill-maturità għal kull munita li tibda b’-150 punt bażi għall-maturità immedjata. Dak il-limitu minimu għandu jiżdied bi tliet punti bażi fis-sena, u eventwalment jilħaq 0 % għal maturitajiet ta’ 50 sena u aktar. Jekk ir-rati tal-imgħax osservati jkunu aktar baxxi mir-rata tal-imgħax minima wara x-xokk, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rata tal-imgħax osservata aktar baxxa.
|
|
Artikolu 3 8
|
8. Meta jikkalkulaw il-bidla aggregata għal kull xenarju ta’ xokk tar-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu flimkien kwalunkwe bidla negattiva u pożittiva li sseħħ f’kull munita. Muniti għajr il-munita tar-rapportar għandhom jiġu kkonvertiti għall-munita tar-rapportar bir-rata spot FX tal-Bank Ċentrali Ewropew fid-data ta’ referenza. Il-bidliet pożittivi għandhom jiġu ponderati b’fattur ta’ 50 % jew fattur ta’ 80 % fil-każ ta’ Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju — muniti fl-ERM II b’faxxa ta’ fluttwazzjoni miftiehma formalment idjaq mill-faxxa standard ta’ +/- 15 %. Il-qligħ ponderat għandu jiġi rikonoxxut sal-akbar bejn (a) il-valur assolut tal-bidliet negattivi fil-muniti EUR jew ERM II u (b) ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ fattur ta’ 50 % għall-bidliet pożittivi tal-muniti ERM II jew EUR, rispettivament.
|
|
Artikolu 3 9
|
9. Għall-iskontar, għandha tiġi applikata kurva tar-rendiment ġenerali xierqa “mingħajr riskju” għal kull munita. Dik il-kurva tar-rendiment ma għandhiex tinkludi firxiet tal-kreditu jew firxiet tal-likwidità li huma speċifiċi għal strument, għal settur jew għal entità.
|
|
Artikolu 3 10
|
10. Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ prodotti sensittivi għar-rata tal-imgħax li huma marbuta mal-inflazzjoni jew fatturi oħra tas-suq, għandhom jiġu applikati suppożizzjonijiet prudenti. Dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-valur attwali/l-aħħar osservat, fuq previżjonijiet ta’ istitut ta’ riċerka ekonomika ta’ reputazzjoni tajba jew fuq prattiki tas-suq oħrajn ġeneralment aċċettati u għandhom ġeneralment ikunu indipendenti mix-xenarju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0856
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|