6. Informazzjoni mhux kwantitattiva speċifikata fil-Parti 6 tal-Anness I rigward il-ġestjoni u sjieda ta' istituzzjoni, il-politiki tagħha dwar likwidità u ffinanzjar, il-pjanijiet u preparazzjonijiet ta' kontinġenza għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza dwar il-likwidità u l-finanzjament għandhom ikunu pprovduti f'formola meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala appendiċi mal-informazzjoni l-oħra skambjata billi jintużaw l-mudelli speċifikati fil-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness I.