+Artikolu 4 Formoli u mudelli li għandhom jintużaw għall-iskambji tal-informazzjoni rigward istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7
---+Artikolu 4 8

Artikolu 4 Formoli u mudelli li għandhom jintużaw għall-iskambji tal-informazzjoni rigward istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Informazzjoni kwantitattiva msemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jiġu skambjati bl-użu tal-mudell speċifikati fil-Parti 1 tal-Anness I u għandha tingħata fil-forma speċifikata f'dak il-mudell.

Artikolu 4 2

2.   Informazzjoni kwantitattiva rigward il-likwidità u s-solvenza ta' istituzzjoni mibarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu skambjati bl-użu tal-mudell speċifikati fil-Parti 2 tal-Anness I u għandha tingħata fil-forma speċifikata f'dak il-mudell.

Artikolu 4 3

3.   Informazzjoni kwantitattiva dwar il-volumi ta' servizzi offruti permezz tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tiġi skambjata bl-użu tal-mudelli speċifikati fil-Parti 3 ta' Anness I għandha tiġi pprovduta fil-formola meqjus addattata mill-awtorità kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni.

Artikolu 4 4

4.   Informazzjoni kwantitattiva dwar l-ishma mis = suq ta' fergħa stabbilita fi Stat Membru ospitanti għandha tiġi skambjata bl-użu tal-mudell speċifikat fil-Parti 4 ta' Anness I u għandha tiġi pprovduta fil-formola meqjusa addattata mill-awtorità kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni.

Artikolu 4 5

5.   Informazzjoni mhux kwantitattiva minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 6, 7 u 8 għandha tiġi skambjata bl-użu tal-mudelli rispettivi u għandha tiġi pprovduta fil-formola meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti li tipprovdu l-informazzjoni, kif ġej:

(a)

il-mudell speċifikat fil-Parti 2 tal-Anness I għandu jintuża għal informazzjoni fuq il-likwidità u s-solvenza ta' istituzzjoni;

(b)

il-mudell speċifikat fil-Parti 3 tal-Anness I għandu jintuża għal informazzjoni fuq il-forniment ta' servizzi transfruntiera;

(c)

il-mudell speċifikat fil-Parti 4 tal-Anness I għandu jintuża għal informazzjoni dwar fergħa stabbilita fi Stat Membru ospitanti;

(d)

il-mudell speċifikat fil-Parti 5 tal-Anness I għandu jintuża għal informazzjoni dwar skemi ta' garanzija ta' depożitu;

Artikolu 4 6

6.   Informazzjoni mhux kwantitattiva speċifikata fil-Parti 6 tal-Anness I rigward il-ġestjoni u sjieda ta' istituzzjoni, il-politiki tagħha dwar likwidità u ffinanzjar, il-pjanijiet u preparazzjonijiet ta' kontinġenza għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza dwar il-likwidità u l-finanzjament għandhom ikunu pprovduti f'formola meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala appendiċi mal-informazzjoni l-oħra skambjata billi jintużaw l-mudelli speċifikati fil-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness I.

Artikolu 4 7

7.   Informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità ma' rekwiżiti leġiżlattivi jew regolatorji, l-applikazzjoni ta' sorveljanza jew miżuri amministrattivi oħra jew l-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi jew kriminali kif imsemmija fl- Artikolu 2(1) għandhom jiġu pprovduti fil-formola meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni.

Artikolu 4 8

8.   Informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta' istituzzjoni bħala istituzzjoni sistemikament importanti globali jew bħala istituzzjoni oħra sistemikament importanti skont it-tifsira tal- Artikolu 131(1) tad- Direttiva 2013/36/UE għandha tiġi pprovduta fil-formola meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.