3. Awtorità kompetenti li tirċievi talba kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u għandha tagħmel kull sforz biex twieġeb saż-żmien indikat fit-talba. Jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx tista' twieġeb saż-żmien indikat fit-talba, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba mingħajr dewmien żejjed taż-żmien li fih trid tipprovdi l-informazzjoni.
Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli, l-awtorità kompetenti li tirċievi talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma kif xieraq lill-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.