|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
iridu jżommu rekords u kontijiet li jippermettuhom fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien jiddistingwu l-assi miżmuma minn klijent wieħed minn assi miżmuma għal kwalunkwe klijent ieħor u mill-assi tagħhom stess;
(b)
iridu jżommu r-rekords u l-kontijiet tagħhom b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u b'mod partikolari il-korrispondenza tagħhom mal-istrumenti finanzjarji u l-fondi miżmuma għall-klijenti u li dawn jistgħu jintużaw bħala rendikont tal-entrati;
(c)
iridu jwettqu, fuq bażi regolari, rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords interni tagħhom u dawk ta' kwalunkwe parti terza li żżomm dawk l-assi;
(d)
iridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe strument finanzjarju tal-klijent depożitat ma' parti terza, skont l-Artikolu 3, ikun identifikabbli separatament mill-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għad-ditta tal-investiment u mill-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għal dik il-parti terza, permezz ta' kontijiet b'titli differenti fil-kotba tal-parti terza jew miżuri oħrajn ekwivalenti li jiksbu l-istess livell ta' protezzjoni;
(e)
iridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-fondi tal-klijenti depożitati, skont l-Artikolu 4, f'bank ċentrali, istituzzjoni tal-kreditu jew bank awtorizzat f'pajjiż terz jew fond tas-suq monetarju li jikkwalifika jkunu miżmuma f'kont jew kontijiet identifikati separatament minn kwalunkwe kont użat biex iżomm fondi li jappartjenu għad-ditta tal-investiment;
(f)
iridu jintroduċu arranġamenti organizzazzjonali xierqa biex jimminimizzaw ir-riskju tat-telf jew it-tnaqqis tal-assi tal-klijenti, jew tad-drittijiet marbuta ma' dawk l-assi, bħala riżultat ta' użu ħażin tal-assi, frodi, amministrazzjoni ħażina, żamma tar-rekords mhux xierqa jew negliġenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|