+Artikolu 2 Is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
|
Artikolu 2 Is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
iridu jżommu rekords u kontijiet li jippermettuhom fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien jiddistingwu l-assi miżmuma minn klijent wieħed minn assi miżmuma għal kwalunkwe klijent ieħor u mill-assi tagħhom stess;
(b)
iridu jżommu r-rekords u l-kontijiet tagħhom b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u b'mod partikolari il-korrispondenza tagħhom mal-istrumenti finanzjarji u l-fondi miżmuma għall-klijenti u li dawn jistgħu jintużaw bħala rendikont tal-entrati;
(c)
iridu jwettqu, fuq bażi regolari, rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords interni tagħhom u dawk ta' kwalunkwe parti terza li żżomm dawk l-assi;
(d)
iridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe strument finanzjarju tal-klijent depożitat ma' parti terza, skont l-Artikolu 3, ikun identifikabbli separatament mill-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għad-ditta tal-investiment u mill-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għal dik il-parti terza, permezz ta' kontijiet b'titli differenti fil-kotba tal-parti terza jew miżuri oħrajn ekwivalenti li jiksbu l-istess livell ta' protezzjoni;
(e)
iridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-fondi tal-klijenti depożitati, skont l-Artikolu 4, f'bank ċentrali, istituzzjoni tal-kreditu jew bank awtorizzat f'pajjiż terz jew fond tas-suq monetarju li jikkwalifika jkunu miżmuma f'kont jew kontijiet identifikati separatament minn kwalunkwe kont użat biex iżomm fondi li jappartjenu għad-ditta tal-investiment;
(f)
iridu jintroduċu arranġamenti organizzazzjonali xierqa biex jimminimizzaw ir-riskju tat-telf jew it-tnaqqis tal-assi tal-klijenti, jew tad-drittijiet marbuta ma' dawk l-assi, bħala riżultat ta' użu ħażin tal-assi, frodi, amministrazzjoni ħażina, żamma tar-rekords mhux xierqa jew negliġenza.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Jekk, għar-raġunijiet tal-liġi applikabbli, inkluż b'mod partikolari l-liġi relatata mal-proprjetà jew l-insolvenza, id-ditti tal-investiment ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-klijenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 16(8) u (9) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu arranġamenti biex jiżguraw li l-assi tal-klijenti jkunu mħarsa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Jekk il-liġi applikabbli tal-ġuriżdizzjoni li fih huma miżmuma l-fondi jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti tipprevjeni d-ditti tal-investiment milli jkunu konformi mal-punti (d) jew (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti f'termini ta' salvagwardja tad-drittijiet tal-klijenti. Meta jiddependu fuq tali rekwiżiti ekwivalenti skont l-Artikolu 2(1)(d) jew (e), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jinformaw il-klijenti li f'tali ċikostanzi huma ma jibbenefikawx mid-dispożizzjonijiet previsti skont id-Direttiva 2014/65/UE u din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 2 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interessi tat-titoli, ir-rahan jew id-drittijiet ta' tpaċija fuq strumenti finanzjarji jew fondi ta' klijenti li jippermettu parti terza tiddisponi mill-istrumenti finanzjarji jew il-fondi ta' klijent sabiex tirkupra dejn li mhuwiex relatat mal-klijent jew il-provvista ta' servizzi lill-klijent ma jkunux permessi ħlief meta dan huwa meħtieġ mil-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni ta' parti terza li fiha huma miżmuma l-fondi jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijent. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu d-ditti tal-investiment, fejn id-ditta hija obbligata li tidħol fi ftehimiet li joħolqu tali interessi tat-titoli, rahan jew drittijiet ta' tpaċija, li tiddivulga dik l-informazzjoni lill-klijenti u tindikalhom ir-riskji assoċjati ma' dawk l-arranġamenti. Meta l-interessi tat-titoli, ir-rahan jew id-drittijiet ta' tpaċija jingħataw mid-ditta fuq l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi tal-klijent, jew fejn id-ditta tkun ġiet informata li dawn ingħataw, dawn għandhom jiġu rreġistrati fil-kuntratti tal-klijenti u l-kontijiet porprji tad-ditti biex l-istatus tas-sjieda tal-assi tal-klijenti jkun ċar, bħal fil-każ ta' insolvenza.
|
|
Artikolu 2 5.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jagħmlu l-informazzjoni li tappartjeni għall-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti faċilment disponibbli għall-entitajiet li ġejjin: l-awtoritajiet kompetenti, il-prattikanti tal-insolvenza maħturin u dawk responsabbli għar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li fallew. L-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
kontijiet u rekords interni relatati li jidenfikaw faċilment il-bilanċi tal-fondi u l-istrumenti finanzjarji miżmuma għal kull klijent;
(b)
fejn il-fondi tal-klijent huma miżmuma mid-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 4, id-dettalji dwar il-kontijiet li l-fondi tal-klijent huma miżmuma fihom u dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk id-ditti;
(c)
fejn l-istrumenti finanzjarji huma miżmuma mid-ditta tal-investiment skont l-Artikolu 3, id-dettalji dwar il-kontijiet miftuħin ma' partijiet terzi u dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk il-partijiet terzi, flimkien ma' dettalji dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk id-ditti tal-investiment;
(d)
dettalji tal-partijiet terzi li jwettqu kwalunkwe kompitu (esternalizzat) relatat u d-dettalji ta' kull kompitu esternalizzat
(e)
individwi prinċipali tad-ditta involuti fil-proċessi relatati, inklużi dawk responsabbli għas-sorveljanza tar-rekwiżiti tad-ditta relatati mas-salvagwardja tal-assi tal-klijenti; u
(f)
ftehimiet rilevanti li jistabbilixxu s-sjieda tal-klijenti fuq l-assi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|