|
+Artikolu 2 5. |
Artikolu 2 5.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jagħmlu l-informazzjoni li tappartjeni għall-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti faċilment disponibbli għall-entitajiet li ġejjin: l-awtoritajiet kompetenti, il-prattikanti tal-insolvenza maħturin u dawk responsabbli għar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li fallew. L-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
kontijiet u rekords interni relatati li jidenfikaw faċilment il-bilanċi tal-fondi u l-istrumenti finanzjarji miżmuma għal kull klijent;
(b)
fejn il-fondi tal-klijent huma miżmuma mid-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 4, id-dettalji dwar il-kontijiet li l-fondi tal-klijent huma miżmuma fihom u dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk id-ditti;
(c)
fejn l-istrumenti finanzjarji huma miżmuma mid-ditta tal-investiment skont l-Artikolu 3, id-dettalji dwar il-kontijiet miftuħin ma' partijiet terzi u dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk il-partijiet terzi, flimkien ma' dettalji dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk id-ditti tal-investiment;
(d)
dettalji tal-partijiet terzi li jwettqu kwalunkwe kompitu (esternalizzat) relatat u d-dettalji ta' kull kompitu esternalizzat
(e)
individwi prinċipali tad-ditta involuti fil-proċessi relatati, inklużi dawk responsabbli għas-sorveljanza tar-rekwiżiti tad-ditta relatati mas-salvagwardja tal-assi tal-klijenti; u
(f)
ftehimiet rilevanti li jistabbilixxu s-sjieda tal-klijenti fuq l-assi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|